EasyManua.ls Logo

DeLonghi OTTAVIO - Page 90

DeLonghi OTTAVIO
Print Icon
To Next Page IconTo Next Page
To Next Page IconTo Next Page
To Previous Page IconTo Previous Page
To Previous Page IconTo Previous Page
Loading...
88
MT
89
Qatt m'għandek tmiss l-apparat b'idejn jew
saqajn imxarrbin jew niedja.
M'għandekx ixxarrab il-plagg, il-kejbil jew is-
swiċċ b'ilma jew fluwidi oħrajn. Jekk dan iseħħ,
skonnettja l-apparat minn mal-forniment tal-
mejns tad-dawl u ħallieh jinxef kompletament.
Biex titfi it-tagħmir kompletament, ippożizzjona
l-iswiċċ prinċipali f'pożizzjoni “O”, imbagħad
skonnettja l-plagg minn mas-sokit b'hekk
tiskonnettja l-provvista ta' enerġija jew
tinterromp l-forniment billi tqiegħed is-swiċċ
prinċipali tas-sistema fil-pożizzjoni “O”.
Meta ma tkunx qed tuża, kun ċert li l-apparat
jintefa' u aqla' l-plagg mingħajr ma tiġbed fuq
il-kejbil.
Qatt m'għandek tħalli l-kejbil fuq l-apparat sħun.
L-użu ta' estensjonijiet huwa pprojbit, minħabba
li waqt il-funzjonament tal-apparat jistgħu
jisħnu żżejjed.
Meta tixgħel l-apparat l-ewwel darba, huwa
normali li toħroġ riħa minnu li tisparixxi malajr.
Huwa rakkomandat li inti tivventila l-kamra wara
li tuża l-apparat għall-ewwel darba.
4.1 SWICC TALMEJNS TADDAWL
Sabiex tixgħel u titfi l-apparat, agħfas is-swiċċ.
L-apparat m'għandu l-ebda sistema li tirregola
t-temperatura li tista' tiġi aġġustata mill-utent.
Għandu żewġ funzjonijiet: ON (Mixgħul) u OFF
(Mitfi).
5. TINDIF
Qabel it-tindif, kun żgur li l-apparat ikun mitfi,
biered u skonnettjat minn mal-mejns tad-dar.
Biex tnaddaf, kemm tims b'biċċa ratba u
niedja u deterġent newtrali. Qatt m'għandek
tuża barrax jew prodotti jew solventi korrużivi
tat-tindif.
Sabiex l-apparat jibqa' jaħdem b'mod effiċjenti
neħħi t-trab li jinġabar fil-wiċċ tal-apparat minn
tal-inqas darbtejn fis-sena billi tuża vacuum
cleaner.
6. MANUTENZJONI
Jekk iqumu problemi tekniċi, ikkuntattja
professjonist ikkwalifikat (rikonoxxut jew
awtorizzat mill-aġent jew manifattur) jew in-
negozjant tiegħek.
Il-ħidmiet kollha fuq l-apparat għandhom isiru
minn professjonist ikkwalifikat li qabel ma
jagħmel il-manutenzjoni andu jaċċerta li
l-apparat ikun mitfi, biered u skonnettjat minn
mal-mejns tad-dar.
7. SOLUZZJONIJIET GĦAL PROBLEMI
L-apparat ma jisħonx.
Ivverifika li r-radjatur ikun imqabbad sew mal-mejns tal-grid tad-dawl u energizzat.
Iċċekkja l-pożizzjoni tal-swiċċ tal-mejns tal-installazzjoni.
Iċċekkja l-pożizzjoni tal-swiċċ fuq l-apparat.
Ivverifika li s-swiċċ jaħdem sew. Jekk le, skonnettja l-apparat minn mal-mejns u
kkuntattja lin-negozjant tiegħek jew professjonist ikkwalifikat.
Jekk xorta ma ssaħħanx, aqla' l-plagg tal-apparat u kkuntattja m'għand min xtrajtu
jew persuna kwalifikata.
L-apparat jibqa' jsaħħan
b'mod kontinwu.
Ivverifika li s-swiċċ jaħdem sew. Jekk le, skonnettja l-apparat minn mal-mejns u
kkuntattja lin-negozjant tiegħek jew professjonist ikkwalifikat.
Jekk jibqa' sħun, aqla' l-plagg tal-apparat minn mal-provvista tad-dawl u kkuntattja
lil min xtrajtu jew persuna kwalifikata.

Table of Contents

Related product manuals