EasyManua.ls Logo

Keba KeContact P30 - Page 16

Keba KeContact P30
29 pages
Go to English
To Next Page IconTo Next Page
To Next Page IconTo Next Page
To Previous Page IconTo Previous Page
To Previous Page IconTo Previous Page
Loading...
29 30
Traduzzjoni
Avviżi dwar dan id-dokument
Il-Manwal tal-Utent u l-Gwida għall-Installazzjoni jifformaw parti mill-prodott u għandhom jitniżżlu, jinqraw u jinftehmu
qabel l-installazzjoni u l-ewwel użu. Il-manwali attwali tista' tniżżilhom direttament mill-websajt tagħna:
www.keba.com/emobility-downloads
Il-manwali li tkun niżżilt għandhom jinżammu tul il-ħajja sħiħa tal-prodott.
Apparti l-avviżi għas-sigurtà f'dan il-manwal, għandhom jiġu osservati ukoll il-miżuri ta' sigurtà u r-regoli għall-
prevenzjoni ta' inċidenti rispettivi għal kull applikazzjoni.
Avviżi għas-sigurtà
TWISSIJA!
Periklu fatali minn xokk elettriku u periklu ta' nar!
L-istazzjon tal-iċċarġjar tista' tiġi installata u mħaddma f'kondizzjoni perfetta biss.
L-istazzjon tal-iċċarġjar mhix mgħammra bi swiċċ fuqha stess. Is-circuit breaker tal-linja tal-provvista jservi
bħala mekkaniżmu għall-qtugħ tal-elettriku.
Jekk l-istazzjon tal-iċċarġjar jiġrilha l-ħsara għandha titneħħa mill-użu immedjatament u tissewwa jew tinbidel
minn elettriċista kwalifikat u awtorizzat.
Mhux permess li jitwettqu tiswijiet fl-istazzjon tal-iċċarġjar. Dawn jistgħu jitwettqu biss mill-manifattur.
Mhux permess li jitwettqu bidliet mhux awtorizzati u modifikazzjonijiet fl-istazzjon tal-iċċarġjar.
Mhux permess li jitneħħew tikketti (eż. simboli ta' sigurtà, avviżi ta' twissija, immarkar tal-kejbils…) mill-
istazzjon tal-iċċarġjar.
Qatt tuża plaggijiet tal-iċċarġjar difettużi, mherrija jew maħmuġin.
L-użu ta' settijiet ta' estensjoni tal-kejbil huwa pprojbit.
L-użu ta' adapters ta' kull tip huwa pprojbit.
L-istazzjon tal-iċċarġjar għandha tiġi ċċekkjata regolarment għal danni fuq l-għeluq protettiv u għal difetti,
therrir u ħmieġ fis-sokit tal-iċċarġjar jew fil-plagg tal-iċċarġjar inkluż il-kejbil tal-iċċarġjar.
Meta tinstalla t-tagħmir, osserva b'mod partikolari n-noti li ġejjin:
L-installazzjoni, l-ikkummissjonar inizjali, il-manutenzjoni jew l-adattament tal-istazzjon tal-iċċarġjar għandhom
jitwettqu biss minn elettriċisti mħarrġa, kwalifikati u awtorizzati (1) li waqt il-proċess ikunu kompletament
responsabbli għall-osservanza tal-istandards eżistenti u r-regoli għall-installazzjoni (2).
Il-parti ta' quddiem tal-istazzjon tal-iċċarġjar m'għandhiex tinfetaħ (konnessjoni b'viti torx).
Jekk it-tagħmir jiġi installat fuq ħitan dobbli, għandhom jinqaflu tal-inqas żewġ viti tal-irbit fuq l-element ta'
appoġġ tal-ħajt. Il-viti tal-irbit l-oħra għandhom jintrabtu f'kavilja apposta għal ħitan dobbli. Kun ċert li l-istruttura
tal-qiegħ tkun tiflaħ sew it-tagħmir.
Kull stazzjon tal-iċċarġjar għandha tiġi konnessa ma' circuit breaker RCD (3) separat għaliha.
Waqt l-installazzjoni, għandha tintuża unità ta' protezzjoni kontra l-kurrent żejjed u l-kurrent nominali tagħha
irid ikun inqas mill-kurrent nominali tal-istazzjon tal-iċċarġjar jew l-istess bħalu.
Mat-terminals X1−X4 (konnessjonijiet Ethernet kif ukoll terminali għar-rilaxx tal-input u l-output tal-kuntatt tal-
iswiċċ) jistgħu jiġu konnessi biss vultaġġi u ċirkwiti li jkunu iżolati b'mod sigur minn vultaġġi perikolużi
(pereżempju iżolazzjoni suffiċjenti). It-terminal għall-output tal-kuntatt tal-iswiċċ għandu jiġi provvist biss b'sorsi
ta' vultaġġ li jkollhom vultaġġ ta' sigurtà baxx ħafna (SELV).
Il-fjus fuq il-ħowlder tal-fjus F1 m'għandux jintuża biex tintefa l-istazzjon tal-iċċarġjar. Il-vultaġġ tal-provvista
għandu dejjem jiġi interrott mis-circuit breaker.
Il-kaxxa tat-terminali m'għandha qatt titħalla miftuħa mingħajr sorveljanza. Qabel ma tħalli l-istazzjon tal-
iċċarġjar waħedha, erġa' installa l-kaver tal-kaxxa tat-terminali.
F'sistemi estiżi, jekk jgħaddi kurrent kompensattiv minn fuq l-ilqugħ, dan jista' jikkawża danni fl-interfaċċji u
perikli waqt ix-xogħol fil-linji tad-dejta. Il-miżuri (pereżempju konnessjoni ma' distribuzzjoni elettrika komuni,
bini ta' netwerk TN-S, …) għandhom jiġu miftiehma mal-persuna rilevanti li tkun responsabbli għall-bini.
(1) Persuni b'taħriġ professjonali, għarfien u esperjenza kif ukoll għarfien tal-istandards rilevanti, jistgħu jevalwaw ix-
xogħlijiet assenjati u l-perikli li jistgħu jinqalgħu.
(2) Innota li l-vetturi jew il-liġijiet tal-pajjiż jistgħu jeħtieġu li jkun hemm apparat addizzjonali għall-protezzjoni minn vultaġġ
żejjed. Innota li ċerti pajjiżi jew manifatturi ta' vetturi jistgħu jeħtieġu circuit breakers RCD b'karatteristiċi ta' attivazzjoni
differenti (tip B).
(3) Jista' jintuża tip A minflok tip B, peress li l-varjanti P30 kollha għandhom monitoraġġ intern tal-kurrent residwu
DC 6 mA.
Iġbed biss il-kejbil tal-iċċarġjar mill-plagg u mhux mill-kejbil meta taqalgħu mill-ħowlder tal-plagg.
Il-kejbil tal-iċċarġjar m'għandux ikun danneġġat mekkanikament (mgħawweġ, maqrus jew mgħaffeġ) u li l-parti ta'
kuntatt ma tiġix f'kuntatt ma' sorsi ta' sħana, ħmieġ jew ilma.
Qatt m'għandek tnaddaf l-istazzjon tal-iċċarġjar b'solventi aggressivi u aġenti tat-tindif, materjali li joborxu, ġettijiet
tal-ilma (pajp tal-ġnien, tagħmir għall-ħasil bi pressa għolja, eċċ.) jew bi pressa eċċessiva.
Meta tinstalla t-tagħmir, osserva b'mod partikolari n-noti li ġejjin:
L-istazzjon tal-iċċarġjar għandha tiġi protetta mix-xita, mill-borra u mill-ħmieġ waqt l-installazzjoni. Jekk it-tagħmir
jiġi installat fuq barra, il-kaver tal-kaxxa tat-terminali m'għandux jinfetaħ fix-xita, fir-riħ, fil-borra, eċċ. L-ilma jrid ikun
jista' joħroġ minn wara l-istazzjon tal-iċċarġjar. It-tagħmir jista' jiġrilu l-ħsara jekk l-ilma ma jkunx jista' joħroġ.
Jekk stazzjon tal-iċċarġjar kiesħa (eż. wara trasport fit-tul f'ambjent kiesaħ) tinġieb f'ambjent aktar sħun b'mod
sinifikanti, tista' tifforma kondensazzjoni fit-tagħmir. Qabel ma tqabbad l-istazzjon tal-iċċarġjar mal-provvista tal-
enerġija, stenna sakemm it-temperatura tal-istazzjon tal-iċċarġjar tikkorrispondi mat-temperatura tal-kamra u l-
umdità tkun reġgħet evaporat.
L-istazzjon tal-iċċarġjar bl-elettriku tista' tiġi mmuntata vertikalment biss ma' ħajt jew fuq pedestall. L-istazzjon tal-
iċċarġjar għandha fetħiet fil-parti ta' wara li jħallu l-kondensazzjoni tevapora 'l barra. Il-parti ta' wara tal-istazzjon tal-
iċċarġjar għandha tiġi protetta kompletament sabiex ma jidħolx titjir ta' ilma fit-tagħmir mill-fetħiet.
Il-wiċċ tal-immuntar għandu jkun kompletament lixx. Evita li jintlewa l-għeluq protettiv.
Meta tikkonnettja u tqabbad il-wajers tal-istazzjon tal-iċċarġjar, iżgura li l-parti tal-konnessjonijiet tkun nadifa sabiex
ma jidħolx ħmieġ (fdalijiet ta' wajers, eċċ.) ma jidħol fl-istazzjon tal-iċċarġjar.
L-istazzjon tal-iċċarġjar għandha dejjem ikollha l-fittings għall-kejbils inklużi installati kif suppost. It-toqob għad-dħul
tal-kejbils li mhumiex se jintużaw għandhom jingħalqu b'tappijiet apposta sabiex it-tagħmir ikun issiġillat sal-grad
neċessarju.
F'każ kuntrarju, tneħħix il-folji protettivi preżenti qabel ma tqabbad il-kejbils.
Kriterji ġenerali għall-għażla tas-sit
Il-kriterji li ġejjin għandhom jitqiesu meta jintgħażel il-post tal-installazzjoni:
Osserva l-kundizzjonijiet ambjentali permissibbli (ara t-taqsima "Informazzjoni teknika" fil-"Gwida għall-
Installazzjoni")
Osserva r-regolamenti lokali għall-installazzjonijiet elettriċi, il-miżuri ta' prevenzjoni tan-nar u r-regolamenti ta'
prevenzjoni ta' inċidenti kif ukoll ir-rotot ta' evakwazzjoni mis-sit.
L-istazzjon tal-iċċarġjar m'għandhiex tiġi installata f'żoni potenzjalment splussivi (ambjent EX).
L-istazzjon tal-iċċarġjar tista' tiġi installata biss għall-użu f'post stazzjonarju.
Immonta l-istazzjon tal-iċċarġjar b'tali mod li ma tostakolax il-passaġġ tan-nies, li ħadd ma jkun jista' jitfixkel fil-
kejbil tal-iċċarġjar u li l-kejbils ma jaqsmux jew ma jkunux imqiegħda f'passaġġi fejn jgħaddu n-nies.
L-istazzjon tal-iċċarġjar m'għandhiex titpoġġa fejn tkun esposta għall-ammonja jew gassijiet tal-ammonja (eż. fi
stalel jew maġenbhom).
Il-wiċċ tal-immuntar għandu jkun robust biżżejjed biex jiflaħ għall-istress mekkaniku.
L-istazzjon tal-iċċarġjar m'għandhiex titpoġġa f'postijiet fejn jistgħu jaqgħu xi oġġetti (eż. slielem jew tajers tal-
karozzi mdendlin) fuq it-tagħmir u jikkawżawlu l-ħsara.
It-tagħmir m'għandux jiġi espost għal ġettijiet tal-ilma diretti (eż. minn sistemi manwali ta' ħasil tal-karozzi li jinsabu
viċin, tagħmir għat-tindif bi pressjoni għolja, pajp tal-ilma tal-ġnien).
Jekk possibbli, it-tagħmir għandu jkun protett mix-xita diretta u mix-xemx diretta.
Rimi
!
MT
MT

Other manuals for Keba KeContact P30

Related product manuals