EasyManua.ls Logo

Thule Spring - Page 58

Thule Spring
92 pages
Print Icon
To Next Page IconTo Next Page
To Next Page IconTo Next Page
To Previous Page IconTo Previous Page
To Previous Page IconTo Previous Page
Loading...
58 501-8620-04
MT
TWISSIJA:
i1. IMPORTANTI - AQRA BIR-
REQQA U ŻOMM GĦAL
REFERENZA FIL-FUTUR.
Is-sigurtà tat-tfal tista' tkun
affettwata jekk ma ssegwix
dawn l-istruzzjonijiet.
i2. Aqra l-manwal dwar is-Sigurtà
għal Thule Strollers qabel l-użu
użżommu għal referenza futura.
Manutenzjoni
Li żżomm l-istroller tat-Thule Spring tiegħek
nadif u jaħdem sew huwa fattur importanti
biex iżommu f’kundizzjoni tajba.
Li tispezzjona b’mod regolari l-istroller u
l-aċċessorji tiegħek għal ħsara u sinjali ta’
tkagħbir bl-użu:
Iċċekkja l-komponenti tal-metall għal
kwalunkwe daqqa jew qasma. Tużax
l-istroller, jekk kwalunkwe komponent
tal-metall ikun maqsum jew bi ħsara.
Eżamina d-drapp regolament biex tara li
ma jkunx hemm tiċrit, partijiet imqattgħin
jew kwalunkwe sinjal ta’ ħsara.
Id-drapp fuq Thule Spring jista’ jitnaddaf
bl-idejn.
Naddaf il-parti jew aħsel b’sapun ħafif
uilma sħun. Tużax solventi tat-tindif.
Aħsel sew b’ilma sħun.
Dendlu biex jinxef għalkollox waħdu.
Taħsilx bil-magna tal-ħasil! Tużax bliċ.
Tgħaddix. Tnaddaf bix-xott.
Jekk ikun hemm bżonn id-drapp tas-sit u
l-kanupew jistgħu jitneħħew biex jitnaddfu.
Il-qafas u r-roti tat-Thule Spring jistgħu
jitnaddfu b’biċċa niedja. Nixxifha b’biċċa xotta.
Jekk ir-roti jwerżqu, illubrikahom ftit
b’lubrikant tas-silikon. TUŻAX prodotti
bbażati fuq iż-żejt jew il-grass, peress li dan
se jattira l-ħmieġ, li se jimblokka l-moviment.
Erfa’ l-istroller u l-aċċessorji tiegħek f’post
niexef li mhuwiex f’xemx diretta. Qabel terfa’
l-istroller tiegħek, dan irid ikun niexef biex
tevita li jikbru l-moffa jew il-batterji.
Garanzija u parts
tal-bdil
Thule hija ddedikata biex tipprovdi prodotti
eċċezzjonali li huma ttestjati għall-kwalità u
ggarantiti minn difetti fil-materjal u fix-xogħol
tagħhom. Għal informazzjoni dettaljata
dwar il-Garazija ta’ Thule u l-Garanzija Estiża
ta’ Thule għal Thule Spring jekk jogħġbok
iċċekkja Thule.com.
Għandhom jintużaw biss parts tal-bdil
forniti jew irrakkomandati mill-manifattur/
distributur.
Il-parts tal-bdil huma disponibbli biex
jinxtraw min-negozjant lokali ta’ Thule
tiegħek. Tista’ ssib l-eqreb Negozjant ta’
Thule billi tuża l-lokatur tan-negozjanti
tagħna fuq Thule.com.
Kuntatt
Aħna dejjem interessati biex nirċievu
l-feedback tiegħek u nwieġbu l-mistoqsijiet
tiegħek dwar il-prodotti tagħna biex niżguraw
li nagħtu l-aqwa esperjenza possibbli. Jekk
jogħġbok ikkuntattja s-servizz tal-klijenti
tagħna permezz ta’ support.thule.com jew
ikkuntattja lin-negozjat lokali tiegħek.
Prosit
U grazzi talli għażilt Thule Spring! Tista’ sserraħ moħħok li poġġejna l-isforzi,
l-għarfien u l-passjoni kollha tagħna biex niddisinjaw l-aktar stroller bi stil, flessibbli
u sigur li stajna nagħmlu. Żviluppajna wkoll firxa wiesgħa ta’ aċċessorji għalik biex
nippersonalizzaw u nagħmlu l-istrolls tiegħek saħansitra aktar pjaċevoli. Dan kollu
biex inti u t-tifla/tifla tiegħek tmorru fejn teħodkom il-kurżita tagħkom.
Qabel ma tuża t-Thule Spring tiegħek, jekk jogħġbok aqra l-istruzzjonijiet li ġejjin
bir-reqqa u żommhom għal referenza futura.
Tlaqna!
/Thule

Related product manuals