Informazzjoni Proprjetarja ta' 3M Touch Systems, Inc.  69 
Gwida Rapida Introduttiva għal 3M™ Touch Display 
 
Jekk jogħġbok aqra, ifhem u segwi l-informazzjoni kollha dwar is-sikurezza li hemm f'dan id-dokument qabel l-użu Għal aktar 
informazzjoni, ara l-Gwida għall-Utent 3M™ speċifika għall-prodott li tinsab fuq www.3M.co.uk/TouchUserGuides. Żomm dawn l-
istruzzjonijiet biex tirreferi għalihom fil-futur. 
 
It-3M™ Touch Systems Touch Displays huma ddisinjati għall-input bil-mess u ttestjati biex jissostitwixxu displej eżistenti. Dawn 
id-displejs huma maħsuba għal installazzjoni professjonali u biex jintużaw f'ambjent ta' ġewwa tan-negozju. Dawn mhumiex 
maħsuba jew ittestjati biex jintużaw f'postijiet perikolużi. L-użu fi kwalunkwe applikazzjoni oħra ma ġiex evalwat minn 3M u jista' 
jwassal għal nuqqas ta' sigurtà. Mhux maħsub għal użu domestiku jew personali. 
Spjegazzjoni tal-Konsegwenzi tal-Kliem ta' Twissija 
TWISSIJA: Tindika sitwazzjoni perikoluża, li, jekk ma tiġix evitata, tista' twassal għal korriment gravi jew mewt 
ATTENZJONI: Tindika sitwazzjoni perikoluża, li, jekk ma tiġix evitata, tista' twassal għal korriment ħafif jew moderat 
u/jew ħsara lill-proprjetà. 
AVVIŻ: Tindika sitwazzjoni li, jekk ma tiġix evitata, tista' twassal għal ħsara lill-proprjetà. 
Sabiex tnaqqas ir-riskji assoċjati ma' vultaġġ perikoluż: 
- Ipplaggja l-wajer tal-elettriku f'sors tal-elettriku ertjat sew.  
- Uża biss il-wajer tal-elettriku pprovdut minn 3M jew il-wajer tal-elettriku ċċertifikat għall-pajjiż fejn se jintuża Ikkuntattja s-
Servizz Tekniku ta' 3M tiegħek lokali sabiex tordna wajer tal-elettriku ta' sostituzzjoni. 
- Timmodifikax jew tisservisja d-displej.  Ma hemm l-ebda parti li tista' tiġi sservisjata mill-utent. Is-servisjar jista' jsir biss minn 
personal tas-servizz awtorizzat ta' 3M. 
- Tużax kwalunkwe parti tas-sistema jekk ikollha l-ħsara (displej, provvista tal-enerġija, wajer tal-elettriku, eċċ). 
- Kun ċert li jekk tikkonnettja l-unità mas-sors tal-elettriku din ma toħloqx tagħbija żejda fuq is-sors tal-elettriku. 
- Tikkonnettjax jew tiskonnettja dan il-prodott matul maltempata bir-ragħad jew sajjetti. 
- Tinstallax/tużax barra jew f'post imxarrab. 
- Tpoġġix likwidi fuq id-displej. 
Sabiex tnaqqas ir-riskji assoċjati ma' nar: 
- L-iżbokk tas-sokit għandu jkun installat viċin tat-tagħmir u għandu jkun aċċessibbli faċilment. 
- Meta tuża kwalunkwe soluzzjoni għat-tindif, segwi l-istruzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet kollha fl-Iskeda tad-Data tas-
Sikurezza tal-Materjal tal-manifattur u fuq it-tikketta tal-prodott. 
Sabiex tnaqqas ir-riskji assoċjati ma' nar jew splużjoni: 
- Tinstallax jew tuża f'postijiet perikolużi. 
Sabiex tnaqqas ir-riskji assoċjati mal-irfigħ ta' displejs kbar jew tqal: 
- Evita perjodi twal f'pożizzjoni skomda waqt l-installazzjoni. 
- Fittex l-għajnuna u uża prattiki tajbin għall-immaniġġjar ta' materjali matul perjodi twal ta' integrazzjoni/installazzjoni. 
- Aċċerta ruħek li tintuża għajnuna mekkanika għall-irfigħ xierqa meta tqandel displej ta' 65" jew ikbar. 
Sabiex tnaqqas ir-riskji assoċjati ma' ħġieġ miksur: 
- Qandel id-displej b'attenzjoni sabiex tevita li tikser it-touch sensor. 
- Aċċerta ruħek li l-viti tal-immuntar huma ssikkati sew sabiex tevita li jkun instabbli. 
Sabiex tnaqqas ir-riskji assoċjati ma' ħġieġ miksur jew impatt: 
- Dejjem għandek tinstalla l-iskrin tad-displej minn 0 sa 90 grad minn pjan orizzontali.  Mhux rakkomandat li tinstalla barra minn 
din il-medda. 
- Qatt ma għandek timmonta d-displej mal-ħajt mingħajr ma jkollu l-mekkaniżmu tal-irbit f'postu. 
- Aċċerta ruħek li l-unità tal-immuntar ma taffettwax ħażin l-istabbiltà tat-tagħmir tat-tarf meta tinstalla f'tagħmir indipendenti jew 
tuża l-montatura tal-VESA. 
- Tużax kwalunkwe drigħ tal-immuntar ma' dan id-displej sakemm ma jiġix ittestjat għas-sigurtà u ggradat għal tagħbija ikbar mill-
piż tad-displej. 
 
Sabiex tnaqqas ir-riskji ta' ħsara lill-proprjetà: 
- Tpoġġix oġġetti tqal fuq id-displej jew il-kejbils tiegħu. 
- Dejjem uża t-toqob ta' 400 mm tal-VESA meta timmonta x-Chassis Display. 
- Tħaffirx toqob oħrajn fl-unità biex timmonta l-pjanċi f'postijiet oħrajn. 
- Aqra u segwi l-istruzzjonijiet tal-installazzjoni kollha. 
- Installa biss bl-użu tat-tagħmir tal-immuntar rakkomandat