EasyManua.ls Logo

Emmaljunga NXT 2in1 - Page 261

Emmaljunga NXT 2in1
288 pages
Print Icon
To Next Page IconTo Next Page
To Next Page IconTo Next Page
To Previous Page IconTo Previous Page
To Previous Page IconTo Previous Page
Loading...
261
NXT 2in1 v1.0
Informazzjoni Importanti
Informazzjoni Importanti
TWISSIJA
Parking/Tiwi/Ħażna
Dejjem applika l-brejkijiet kull meta l-pram/puxċer tkun wieqfa.
Il-brejk dejjem għandu jintuża meta tgħolli t-tifel/tia tiegħek għall-ġol pramm jew
mill-pram.
Qatt tipparkja l-pram fuq għolja jew wiċċ mhux lixx.
Dejjem oħroġ lit-tifel/tia tiegħek qabel ma tilwi l-pram.
Ara li t-tfal ma jkunux fpożizzjoni li jinqabdu fpartijiet li jiċċaqalqu jekk taġġusta
l-pram/puxċer.
Aħżen il-pram/puxċer fejn ma jilħquhx it-tfal meta ma jkunx qed jintuża.
Meta jiġu f’kuntatt ma art tal-PVC jew materjali tal-plastik oħra, it-tajers jistgħu
jikkawżaw tibdil l-kulur. Dejjem uża protezzjoni għar-roti jekk il-pram/puxċer
jinħażen fuq uċuħ delikati.
KifTieħuĦsiebil-Prodott,il-Manutenzjoni,L-Ispareparts
Segwi l-istruzzjonijiet dwar kif għandek tieħu ħsieb il-prodott u l-manutenzjoni
tiegħu.
Qatt tuża dan il-prodott jekk parti minnu għandu xi diett jew ħsara.
Iċċekkja li ż-żippijiet u l-poppers u marbutin sewwa qabel l-użu.
Uża biss parts għas-sostituzzjoni li huma oriġinali jew approvati mill-manifattur.
L-aċċessorji jew spare parts li l-manifattur ma approvax mgħandhomx jintużaw.
It-tajers tal-arja jista jkun hom ammont ikkontrollat ta idrokarburi polijaromatiċi
PAH. Immaniġġja t-tajers battenzjoni, it-tiswija u tibdil ta tajers jew tubi ta ġewwa
għandu jsir minn professjonisti biss. Qatt tħalli t-tfal jilagħbu bil-pram/puxċer jew
bit-tajers.
Ġenerali
L-istruzzjonijiet dwar is-sigurtà u d-direzzjonijiet f'dan il-manwal ma jistgħux
ikopru l-kundizzjonijet kollha possibbli u s-sitwazzjonijiet mhux previsti li jistgħu
jinqalgħu. Wieħed irid jifhem li s-sens komun, il-kawtela u l-mod ta kif tieħu ħsieb
prodott huma fatturi ma jistgħux jiġu integrati fprodott. Dawn il-fatturi jaqgħu
taħt ir-responsabbiltà tal-persuna/i li qed jieħdu ħsieb jew jużaw il-pram. Huwa
importanti li dawn l-istruzzjonijiet jinftiehmu u jiġu segwiti minn kull min juża l-
pram u l-aċċessorji. Dejjem avża u agħti l-istruzzjonijiet lil kull persuna li tuża l-pram
u l-aċċessorji dwar kif għandhom jintużaw, anke jekk il-persuna/i ser jużawhom
għal żmien qasir. Ara li l-utenti kollha għandhom il-kapaċitajiet żiċi u l-esperjenza
neċessarja biex iħaddmu din il-vettura.
ML

Table of Contents

Related product manuals