EasyManua.ls Logo

SonicWALL NSa 4700 - Page 45

SonicWALL NSa 4700
69 pages
Print Icon
To Next Page IconTo Next Page
To Next Page IconTo Next Page
To Previous Page IconTo Previous Page
To Previous Page IconTo Previous Page
Loading...
Komunikazzjoni Personali (Personal Communication Services - PCS). Dawn is-servizzi liċenzjati tar-radju, u
servizzi mhux liċenzjati tar-radju, bħal WLAN jew Bluetooth, flimkien ma’ tagħmir li jixħet ir-radjazzjoni bħal
tagħmir diġitali, li jinkludi sistemi tal-kompjuter, jikkontribwixxu għall-ambjent elettromanjetiku.
Kompatibilità Elettromanjetika (Electromagnetic Compatibility - EMC) hi l-kapaċità ta’ oġġetti ta’ tagħmir
elettroniku li jaħdmu flimkien b’mod korrett fl-ambjent elettroniku. Għalkemm din is-sistema tal-kompjuter kienet
iddisinjata u ddeterminata li hi konformi mal-limiti ta’ l-aġenzija regolatorja għall-EMI, m’hemm l-ebda garanzija li
l-interferenza mhix ser isseħħ f’installazzjoni partikolari.
Il-prodotti SonicWall huma ddisinjati, ittestjati, u kklassifikati għall-ambjent elettromanjetiku intenzjonat tagħhom.
Dawn il-klassifikazzjonijiet ta’ ambjent elettromanjetiku ġeneralment jirreferu għad-definizzjonijiet armonizzati li
ġejjin:
l
Prodotti ta’ Klassi B huma intenzjonati għall-użu f’ambjenti residenzjali/domestiċi iżda jistgħu jintużaw
ukoll f’ambjenti mhux residenzjali/mhux domestiċi.
Nota: L-ambjent residenzjali/domestiku hu ambjent fejn l-użu ta’ radju tax-xandir u riċevituri tat-televiżjoni
jistgħu jkunu mistennija f’distanza ta’ 10 m minn fejn jintuża dan il-prodott.
l
Prodotti ta’ Klassi A huma intenzjonati għall-użu f’ambjenti mhux residenzjali/mhux domestiċi. Il-prodotti
ta’ Klassi A jistgħu jintużaw ukoll f’ambjenti residenzjali/domestiċi, iżda jistgħu jikkawżaw interferenza u
jeħtieġu li l-utent jieħu miżuri korrettivi adegwati.
Jekk dan it-tagħmir jikkawża interferenza mas-servizzi tal-komunikazzjoni tar-radju, li jista’ jiġi ddeterminat billi
tixgħel u titfi t-tagħmir, inti mħeġġeġ biex tipprova tikkoreġi l-interferenza billi twettaq waħda jew iktar minn dawn
il-miżuri li ġejjin:
l
Dawwar l-antenna li qed tirċievi s-sinjal.
l
Poġġi l-kompjuter f’post ieħor fir-rigward tar-riċevitur.
l
Poġġi l-kompjuter ‘il bogħod mir-riċevitur.
l
Ipplaggja l-kompjuter f’outlet differenti biex b’hekk il-kompjuter u r-riċevitur ikunu fuq branch circuits
differenti.
Jekk ikun meħtieġ, kellem lil rappreżentant tas-Sapport Tekniku ta’ SonicWall jew lil tekniku tar-radju/televiżjoni
jew ta’ l-EMC b’esperjenza, għal suġġerimenti addizzjonali.
Tagħmir tat-Teknoloġija ta’ l-Informatika (Information Technology Equipment - ITE), li jinkludi tagħmir periferali,
cards ta’ l-espansjoni, printers, tagħmir input/output (I/O), monitors, eċċ., li huma integrati fis-sistema jew
ikkonnettjati magħha, għandu jkollhom l-istess klassifikazzjoni ta’ ambjent elettromanjetiku bħal dak tas-sistema
tal-kompjuter.
Avviż dwar Kejbils Protetti tas-Sinjal: Uża biss kejbils protetti biex tikkonnettja tagħmir periferali ma’
kwalunkwe tagħmir SonicWall biex tnaqqas il-possibbiltà ta’ interferenza ma’ servizzi tal-komunikazzjoni tar-
radju. Li tuża kejbils protetti jiżgura li inti żżomm il-klassifikazzjoni EMC li suppost għall-ambjent intenzjonat. Jekk
tippreferi, tista tordna kejbil mingħand SonicWall minn fuq l-Internet fuq https://www.sonicwall.com.
SonicWall iddeterminat li dan il-prodott hu prodott armonizzat ta’ Klassi A. It-taqsimiet li ġejjin jipprovdu tagħrif
dwar EMC/EMI li huma speċifiċi għal kull pajjiż, jew tagħrif dwar is-sigurtà tal-prodott.
45NSa 4700 Regulatory Guide
Electromagnetic Compatibility Information

Table of Contents

Related product manuals