EasyManua.ls Logo

Thomas AP-80 - Page 108

Thomas AP-80
170 pages
Print Icon
To Next Page IconTo Next Page
To Next Page IconTo Next Page
To Previous Page IconTo Previous Page
To Previous Page IconTo Previous Page
Loading...
108
Struzzjonijiet tas-Sigur
Simboli użati
Struzzjoni ta' Twissija
J
ekk tonqos milli tikkonforma, tista' tipperikola l-pompa, is-
sistema jew saħansitra
l-ħajja u s-saħħa ta' persuni.
Attenzjoni - Vultaġġ Għoli
D
an is-simbolu jwissi li hemm vultaġġi għoljin perikolużi.
Jekk jogħġbok aqra dan il-manwal qabel tħaddem il-pompa, qis l-
istruzzjonijiet kollha. Il-konformità ma' dawn l-istruzzjonijiet tiżgura
tħaddim mingħajr periklu u affidabbli. Jekk tonqos milli tikkonforma
mal-prekawzjonijiet tas-sigurtà kollha, dan jista' jirriżulta
f'funzjonament ħażin, riskju ta' nar u periklu għas-saħħa tan-nies.
Kwalunkwe bidla fil-kostruzzjoni jew użu ħażin mill-utent finali
jwaqqa' l-garanzija tal-prodott u/jew ir-responsabilitajiet.
Dan l-apparat jista' jintuża minn tfal li għandhom minn 8 snin
'il fuq u minn persuni b'kapaċitajiet fiżiċi, sensorji jew mentali
indeboliti jew b'nuqqas ta' esperjenza, jekk ikunu ngħataw
superviżjoni jew struzzjonijiet dwar kif jużaw l-apparat b'mod
mingħajr periklu u jifhmu l-perikli involuti. It-tfal ma
għandhomx jilagħbu b'dan l-apparat. It-tindif u l-
manutenzjoni mill-utent ma għandhomx isiru minn tfal
mingħajr superviżjoni.
Il-mudelli AP, LP, LW, YP-30VC, YP-40VC, YP-50VC, YP-
60VC u YP-70VC kollha huma mgħammra bi swiċċ protettiv
termali integrat li jattiva ruħu (il-pompa tieqaf taħdem) meta l-
pompa tkun sħuna b'mod eċċessiv u jiddisattiva ruħu
(modalità ta' tħaddim normali) wara li l-pompa tkun kesħet.
(Il-mudelli YP-6A, YP-15A, YP-20A, YP6V, YP-15V u YP-20V
għandhom fuse termali.)

Related product manuals