EasyManua.ls Logo

Thomas AP-80 - Page 109

Thomas AP-80
170 pages
Print Icon
To Next Page IconTo Next Page
To Next Page IconTo Next Page
To Previous Page IconTo Previous Page
To Previous Page IconTo Previous Page
Loading...
109
Tpoġġi xejn fuq il-kejbil tal-elettriku. Kejbils bil-ħsara jistgħu
jikkawżaw "short-circuit" jew xokk elettriku u għandhom
jissewwew minn persunal tas-servis imħarreġ.
Tferrax ilma jew likwidi oħrajn fuq il-pompa.
Xogħol fuq apparat tal-elettriku għandu jsir minn persunal
imħarreġ skont ir-regolamenti tal-inġinerija applikabbli.
Struzzjoni dwar l-Installazzjoni
Il-pompa hija xierqa biss sabiex titħaddem fi kmamar xotti.
Il-post tal-pompa għandu jkun ivventilat sew, għandha tkun
ippożizzjonata orizzontalment fuq is-saqajn tal-muntaġġ tagħha u
ma għandhiex tiġi f'kuntatt ma' oġġetti oħrajn kif ukoll ma
għandhiex tiġi installata f'żona li tkun soġġetta għal periklu ta'
splużjoni.
Agħmel ċert li l-pompa titpoġġa fuq bażi stabbli b'wiċċ xieraq li
minn fuqu ma tistax tiżżerżaq.
Liwi u qrus fil-pajp jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-pompa. Id-
dijametru minn ġewwa tal-pajp għandu jkun tal-inqas ugwali għad-
dijametru ta' barra tal-iżbokk tal-pompa u t-tul tiegħu ma għandux
jaqbeż l-10m.
Agħmel ċert li l-vultaġġ tal-provvista u l-frekwenza jikkorrespondu
għat-tikketta tal-pompa.
Agħmel ċert li s-sokit tal-pompa huwa ertjat.
Agħmel ċert li t-temperatura tal-arja waqt it-tħaddim tkun fil-medda
-10°C sa +40°C u li l-umdità tal-arja ma tkunx aktar minn 90%.
Il-pompa lineari dijaframma hija mfassla għall-ippumpjar tal-arja
biss. Il-mezzi li ġejjin ma għandhomx jitħallew jidħlu fid-dħul tal-
arja: taħlitiet ta' gassijiet perikolużi (eż. gassijiet kombustibbli,
gassijiet splussivi jew fwar splussiv), fwar tal-ilma, kwalunkwe
likwidu, gassijiet aggressivi, jew traċċi ta' żejt jew nida ta' żejt u gr.
Il-pompi għandhom jitħaddmu fi ħdan medda ta' pressjoni
speċifikata biss. L-ispeċifikazzjoni tal-medda ta' prestazzjoni tista'
tinstab fl-iskeda informattiva tas-serje fuq gd-thomas.com
Tħaddimx il-pompa bi pressjoni żero.

Related product manuals