EasyManua.ls Logo

Emmaljunga NXT90 Classic - Page 240

Emmaljunga NXT90 Classic
268 pages
Print Icon
To Next Page IconTo Next Page
To Next Page IconTo Next Page
To Previous Page IconTo Previous Page
To Previous Page IconTo Previous Page
Loading...
240
NXT90 Classic v 1.0
Informazzjoni Importanti
TWISSIJA
Jekk xi parti minn dan il-manwal mhix ċara jew teħtieġ tiġi spjegata aktar, jekk
jogħġbok ikkuntattja bejjiegħ bl-imnut awtorizzat ta’ Emmaljunga, u jkun jista’
jgħinek.
Timmodikax dan il-prodott għaliex jista’ jikkomprometti s-sigurtà tat-tifel/tia
tiegħek. Il-manifattur MHUWIEX responsabbli għal kwalunkwe modika li ssir
lill-prodott.
Tpoġġix oġġetti fuq il-kappa. Qatt tuża l-pram mingħajr il-kappa.
Iġġorx aktar tfal jew basktijiet fuq il-puxċer.
Il-pram/puxċer huma intenzjonati għat-trasport biss. Qatt tuża l-pram bħala
sodda għat-tifel/tia.
Toqgħodx wieqaf u tpoġġix fuq il-post fejn isserraħ is-saqajn. Il-post fejn
isserraħ is-saqajn għandu jintuża biss għal tifel/tia wieħed/waħda (1) biex
iserħu saqajhom. Kwalunkwe użu ieħor jista’ jwassal għal korriment personali
serju. It-tagħbija massima għall-post fejn isserraħ is-saqajn hija 3 kg.
Kull tagħbija li titpoġġa fuq il-pram/puxċer (eż. il-manku, id-dahar jew jew
in-naħat tal-ġenb tal-pram) taffettwa l-istabbiltà tal-pram. Tużax aċċessorji li
mhumiex approvati.
Iżżidx saqqijiet addizzjonali oħra l-benniena. Uża biss is-saqqu Emmaljunga
oriġinali li huwa inkluż mal-prodott.
L-oġġetti t-trej tax-xiri m’għandhomx joħorġu mill-ġnub għax l-oġġetti
jistgħu jinqabdu l-mgħażel tar-rota.
L-unità tas-sedil jew il-carrycot M’GĦANDHOMX jintużaw bħala car seat.
Għal car seats użati imkien ma’ chassis, dan il-pram ma tissostitwixxix kott jew
sodda. Jekk it-tifel/tia tiegħek għandhom bżonn jorqdu, għandek tpoġġihom
f'post xieraq bħal kott jew sodda.
Qatt tiġbed warajk pram/puxċer li għandha r-roti ta’ quddiem li jduru. Il-pram/
puxċer tista’ ddur waħedha u twassal għal riskju għas-sigurtà jekk m'intix pru-
denti u attent.
Qatt tuża l-pram/puxċer biex titla’ jew tinżel taraġ. Dejjem uża lift biex
tmur minn pjan għall-ieħor jew minn livell għal livell ieħor. Jekk ma tistax te-
vita li tuża taraġ, kun ċert li tneħħi lit-tifel/tia tiegħek mill-pram/puxċer u li
m’hemmx tfal l-puxċer jew fejn il-pram/puxċer.
Qatt tuża il-pram/puxċer fuq skalaturi.
Tużax dan il-prodott f’irwiefen qawwija jew l-maltemp.
Jekk jogħġbok innota li stazzjonijiet ferrovjarji ta’ taħt l-art jistgħu jikkawżaw
żieda f'daqqa l-pressjoni tal-arja (riħ jew vakwu). Qatt tqiegħed dan il-prodott
ħdejn kwalunkwe binarju mingħajr ma jkollok
idejk it-tnejn fuq il-manku hekk kif l-appart ta’ brejking waħdu jaf ma jkunx
biżżejjed biex iżomm il-puxċer tiegħek f’postu b’mod sigur.
Taqsamx il-binarji meta t-tifel/tia tiegħek qegħdin l-puxċer jew l-pram. Ir-
roti jistgħu jeħlu!
Meta qed tuża trasport pubbliku (tal-linja, ferrovija taħt l-art, ferrovija eċċ.)
mhuwiex biżżejjed li tuża l-parking brejk tal-pram biss. Il-pram jista’ jkun li tkun
esposta għal kundizzjonijiet (brejking, dawrin, tumbati t-toroq, aċċelerazzjoni
fsalt eċċ.) li ma ġietx ittestjata għalihom skont l-istandard EN1888 attwali. Seg-
wi r-rakkomandazzjonijiet u l-istruzzjonijiet rigward l-ankraġġ sigur tal-prams
waqt it-trasport li huma obbligati li jipprovdu l-operaturi tat-trasport pubbliku.
Dan il-prodott m’għandux jintuża bħala apparat għal trattament mediku. Dan
il-prodott huwa ddisinjat u mibni skont l-istandard EN1888/EN1466. Jekk it-ti-
fel/tia tiegħek għandhom bżonnijiet mediċi speċjali rigward it-trasportazzjoni,
għandek tikkonsulta t-tabib tiegħek.