EasyManua.ls Logo

Emmaljunga NXT90 Classic - Page 241

Emmaljunga NXT90 Classic
268 pages
Print Icon
To Next Page IconTo Next Page
To Next Page IconTo Next Page
To Previous Page IconTo Previous Page
To Previous Page IconTo Previous Page
Loading...
241
NXT90 Classic v 1.0
Informazzjoni Importanti
Informazzjoni Importanti
TWISSIJA
Parking / Tiwi / Ħażna
Dejjem applika l-brejkijiet kull meta l-pram/puxċer tkun wieqfa.
Il-brejk dejjem għandu jintuża meta tgħolli t-tifel/tia tiegħek għall-ġol pramm
jew mill-pram.
Qatt tipparkja l-pram fuq għolja jew wiċċ mhux lixx.
Dejjem oħroġ lit-tifel/tia tiegħek qabel ma tilwi l-pram.
Ara li t-tfal ma jkunux f’pożizzjoni li jinqabdu f’partijiet li jiċċaqalqu jekk
taġġusta l-pram/puxċer.
Aħżen il-pram/puxċer fejn ma jilħquhx it-tfal meta ma jkunx qed jintuża.
Meta jiġu f’kuntatt ma’ art tal-PVC jew materjali tal-plastik oħra, it-tajers jistgħu
jikkawżaw tibdil l-kulur. Dejjem uża protezzjoni għar-roti jekk il-pram/puxċer
jinħażen fuq uċuħ delikati.
Kif Tieħu Ħsieb il-Prodott, il-Manutenzjoni, L-Ispare parts
Segwi l-istruzzjonijiet dwar kif għandek tieħu ħsieb il-prodott u l-manutenzjoni
tiegħu.
Qatt tuża dan il-prodott jekk parti minnu għandu xi diffett jew ħsara.
Iċċekkja li ż-żippijiet u l-poppers u marbutin sewwa qabel l-użu.
Uża biss parts għas-sostituzzjoni li huma oriġinali jew approvati mill-manifattur.
L-aċċessorji jew spare parts li l-manifattur ma approvax m’għandhomx
jintużaw.
It-tajers tal-arja jista’ jkun hom ammont ikkontrollat ta’ idrokarburi
polijaromatiċi PAH. Immaniġġja t-tajers b’attenzjoni, it-tiswija u tibdil ta’ ta-
jers jew tubi ta’ ġewwa għandu jsir minn professjonisti biss. Qatt tħalli t-tfal
jilagħbu bil-pram/puxċer jew bit-tajers.
Ġenerali
L-istruzzjonijiet dwar is-sigurtà u d-direzzjonijiet f'dan il-manwal ma jistgħux
ikopru l-kundizzjonijet kollha possibbli u s-sitwazzjonijiet mhux previsti li
jistgħu jinqalgħu. Wieħed irid jifhem li s-sens komun, il-kawtela u l-mod ta’
kif tieħu ħsieb prodott huma fatturi ma jistgħux jiġu integrati f’prodott. Dawn
il-fatturi jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-persuna/i li qed jieħdu ħsieb jew
jużaw il-pram. Huwa importanti li dawn l-istruzzjonijiet jinftiehmu u jiġu segwiti
minn kull min juża l-pram u l-aċċessorji. Dejjem avża u agħti l-istruzzjonijiet lil
kull persuna li tuża l-pram u l-aċċessorji dwar kif għandhom jintużaw, anke jekk
il-persuna/i ser jużawhom għal żmien qasir. Ara li l-utenti kollha għandhom il-
kapaċitajiet żiċi u l-esperjenza neċessarja biex iħaddmu din il-vettura.
ML