EasyManua.ls Logo

GE Masoneilan 12000 Series - Page 17

GE Masoneilan 12000 Series
26 pages
To Next Page IconTo Next Page
To Next Page IconTo Next Page
To Previous Page IconTo Previous Page
To Previous Page IconTo Previous Page
Loading...
Istruzzjoni għall-installazzjoni, l-istartjar, l-użu
u l-manutenzjoni ta' Masoneilan* 12000 Livelli serje
installati f'atmosferi potenzjalment splussivi.
GEA32346A-MT
(ta' qabel 186034)
03/2016 - Maltese
*Jindika trademark ta' General Electric Company.
It-tagħmir li għadek kemm xtrajt kien maħsub, immanifatturat u ttestjat
skont ir-rekwiżiti essenzjali tas-sigurtà tad-Direttiva Ewropea ATEX 94/9/KE
(sad-19 ta' April, 2016) u 2014/34/UE (mill-20 ta' April, 2016).
Aqra dawn l-istruzzjonijiet bir-reqqa QABEL ma tinstalla, tuża jew tagħmel
manutenzjoni fuq dan l-istrument.
Prodotti intenzjonati għal installazzjoni f'atmosfera ta' gass potenzjalment
splussiv jew trab li jista' jieħu n-nar iridu:
a) Jiġu installati, jitpoġġew fis-servizz u jinżammu f'konformità mar-
regolamenti nazzjonali u lokali u skont ir-rakkomandazzjonijiet li
jinsabu fl-istandards rilevanti li jikkonċernaw l-atmosferi potenzjalment
splussiv.
b) Jiġu installati, jitpoġġew fis-servizz u jinżammu minn professjonisti
kkwalifikati u kompetenti li jkunu segwew taħriġ adattat għall-
istrumentazzjoni li tintuża f'atmosferi potenzjalment splussivi.
Taħt ċerti kundizzjonijiet ta' tħaddim, l-użu ta' strumenti bil-ħsara jista'
jikkawża degradazzjoni tal-prestazzjonijiet tas-sistema, li tista' twassal għal
korriment personali jew mewt.
Uża biss spare parts ġenwini, li huma pprovduti mill-manifattur, biex
tiggarantixxi li l-prodotti jkunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-sigurtà
tad-Direttivi Ewropej imsemmija hawn fuq.
IMMARKAR
DPI MASONEILAN jew Dresser Japan Ltd. skont is-sit tal-manifattura.
II 2 G/D, II 2 G, II 3 G/D jew II 3 G skont il-każ (*)
IIA TX, IIB TX, IIC TX jew IIB + H2 TX skont il-każ (*)
Temperatura ambjentali massima, Ta X: ara l-istruzzjonijiet
Tfluwidu: ara l-istruzzjonijiet
Sena tal-manifattura
Numru tas-serje
Nru. tal-File Tekniku
Attenzjoni: riskju ta' ħruġ elettrostatiku. Togħrokx l-uċuħ tal-plastik.
(*) Stabbilit mill-kategorija tal-istrumenti preżenti fl-assemblaġġ.
TX: iċċekkja l-kundizzjonijiet ta' tħaddim tal-livell ara
l-istruzzjonjiet taħt "INSTALLAZZJONI".
INSTALLAZZJONI
Qabel tkompli bl-installazzjoni:
B'attenzjoni oħroġ it-tagħmir minn ġol-pakkett u ċċekkja biex tara
li ma fihx ħsara. Fil-każ ta' kwalunkwe ħsara, avża lill-manifattur.
Iċċekkja l-kompatibilità tat-tagħmir maż-żona tal-installazzjoni
(Direttiva 99/92/KE).
Iċċekkja li t-temperatura massima tal-likwidu li jkun għaddej minn ġol-
livell ma taqbiżx it-temperatura massima tal-wiċċ tal-klassi ta'
temperatura T1 sa T6 fiż-żona fejn it-tagħmir ikun installat u l-limiti
rakkomandati mill-manifattur (ara l-katalgi disponibbli fuq is-sit
tagħna tal-Internet fuq www.geoilandgas.com/valves
).
Iċċekkja li t-temperatura ambjentali massima qatt ma taqbeż it-
temperatura ambjentali massima permessa indikata fuq it-tikketta tal-
manifattur ta' kull strument immuntat fuq il-livell. mingħajr ma qatt
taqbeż +74°C.
Għal kundizzjonijiet speċifiċi ta' użu, l-utent għandu jikkonsulta wkoll il-
Manwal tal-Istruzzjonijiet ATEX (GEA19100) relatat mar-ras tal-
istrument tal-livell diġitali.
Iċċekkja li t-temperatura ambjentali minima qatt ma tkun taħt il- -50°C.
Kun konformi mal-istruzzjonijiet dwar l-insulazzjoni tas-sħana
rakkomandati mill-manifattur.
Wettaq il-konnessjonijiet pnewmatiċi u elettriċi tal-istrumenti wara li
tiċċekkja li l-kundizzjonjiet lokali jippermettu li jsir dan. L-istruzzjonijiet
kollha meħtieġa għall-installazzjoni korretta u sigura tal-istrumenti huma
disponibbli fl-istruzzjonijiet ATEX speċifiċi mehmużin mal-istrument. Tista'
wkoll tikseb aċċess għal dawn l-istruzzjonijiet fuq is-sit tagħna tal-Internet
www.geoilandgas.com/valves
.
B’mod partikulari:
Aċċerta ruħek li l-installazzjoni tkun konformi mar-regolamenti
u l-istandards applikabbli, u osserva l-parametri tas-sigurtà tal-
istrumenti.
Ikkonnettja l-livell u l-istrumenti elettriċi mal-ground.
Irrispetta l-polaritajiet tal-konnessjoni elettrika.
Uża cable entries li jkunu konformi mar-regolament ATEX u li huma
adattati għaż-żona u l-mod ta' protezzjoni tal-istrument.
STARTJAR
Qabel ma tpoġġi l-livell fis-servizz, iċċekkja li l-appliances kollha jkunu
mqabbdin b'mod korrett u li l-għotjien tas-sigurtà u l-viti jkunu f'posthom.
UŻU
Uża l-livell fil-limiti tat-temperatura rakkomandati mill-manifattur
(ara l-paragrafu dwar l-installazzjoni).
Tużax il-livell għal kwalunkwe applikazzjoni ħlief dik speċifikata
inizjalment.
Iċċekkja b'mod regolari li ma jkunx hemm tnixxija b'mod partikulari
mill-gasket.
Irrispetta l-istruzzjonijiet għall-użu tat-tagħmir elettriku.
Evita kwalunkwe impatt fuq l-aluminium alloy housing (estensjoni,
kejsing doppju 12800).
Togħrokx l-għotjien tal-plastik tal-istrument; dan jista' jikkawża riskju
ta' ħruġ elettrostatiku li jista' jwassal għal splużjoni.
Żgura li l-fluwidu ma jkunx qed iġorr frak li x'aktarx se joħolqu xi xrara
jekk l-intern tal-livell jista' jiġi kkunsidrat bħala żona ATEX.
MANUTENZJONI
Qabel ma twettaq xogħol ta' manutenzjoni, agħmel ċert li
l-kundizzjonijiet lokali jkunu adattati għall-operazzjonijiet: Kun żgur li jkun
hemm tagħmir adattat tal-protezzjoni u tas-sigurtà disponibbli, billi
tikkunsidra n-natura tal-operazzjonijiet u ż-żona fejn ikunu se jitwettqu.
Wettaq l-operazzjonijiet tal-manutenzjoni b'konformità mal-
istruzzjonijiet speċifiċi għall-prodott ikkonċernat.
Uża biss spare parts ġenwini, li huma pprovduti mill-manifattur.
Neħħi depożiti ta' trab li jista' jieħu n-nar li jistgħu jiffurmaw fuq
kwalunkwe wiċċ espost.
Sabiex tevita l-produzzjoni ta' xrar minħabba ħruġ elettrostatiku, huwa
rakkomandat li ssegwi l-istruzzjonijiet tal-Kodiċi tal-Prattika
EN TR50404. Pereżempju, l-utent jipproċedi għat-tindif tal-apparat, u
b'mod partikolari t-tikketta tal-plastik, permezz ta' biċċa mxarrba. Għal
raġunijiet ta' sigurtà, din l-operazzjoni tista' titwettaq biss meta l-
kundizzjonijiet lokali ma jkunux potenzjalment splussivi .
Sorveljanza ta' tagħmir f'atmosferi potenzjalment splussivi: kun
konformi mar-regolamenti fis-seħħ (Direttiva 99/92/KE).

Related product manuals