EasyManua.ls Logo

optrel e650 - Page 37

optrel e650
40 pages
Print Icon
To Next Page IconTo Next Page
To Next Page IconTo Next Page
To Previous Page IconTo Previous Page
To Previous Page IconTo Previous Page
Loading...
Malti
Introduzzjoni
Elmu għall-iwweldjar huwa xedd ir-ras li waqt ċerti xogħlijiet ta’ wweldjar iservi biex jipproteġi
l-ajnejn, il-wiċċ u l-għonq kontra l-ħruq, ir-raġġi ultravjola, ix-xrar, id-dawl infraaħmar u
s-sħana. L-elmu huwa magħmul minn aktar partijiet (ara l-lista tal-partijiet ta’ rikambju).
Filtru awtomatiku għall-iwweldjar jgħaqqad fih filtru passiv kontra r-raġġi ultravjola u dawk
infraħomor kif ukoll filtru attiv li jvarja fit-trażmissjoni tad-dawl fil-firxa viżibbli tal-ispettru skont
il-qawwa tal-ark għall-iwweldjar. Fil-bidu l-valur ta’ trażmissjoni tad-dawl mill-filtru awtomatiku
għall-iwweldjar ikun wieħed għoli (stat ta’ dawl). Wara li jinxtegħel l-ark għall-iwweldjar u fil-ħin
ta’ reazzjoni ddefinit, it-trażmissjoni tad-dawl mill-filtru tinbidel al valur baxx (stat ta’ dlam).
Struzzjonijiet ta’ sikurezza
Aqra bir-reqqa l-istruzzjonijiet dwar it-tħaddim qabel ma tibda tuża l-elmu. Iċċekkja jekk il-
ħġieġa esterna hix immuntata korrettament. Jekk ikun hemm żbalji li ma jistgħux jiġu eliminati,
l-istċ ta’ protezzjoni kontra t-tgħammix m’għandux jibqa’ jintuża
.
Miżuri ta’ prekawzjoni u limitazzjonijiet rigward il-protezzjoni / Riskji
Waqt il-proċess tal-iwweldjar jiġu rilaxxati sħana u radjazzjoni li jistgħu jikkawżaw ħsarat
lill-għajnejn u lill-ġilda. Dan il-prodott jipprovdi protezzjoni għall-għajnejn u l-wiċċ. Meta
tilbes l-elmu, għajnejk ikunu dejjem protetti kontra r-radjazzjoni ultravjola u infraħamra,
irrispettivament mil-livell ta’ protezzjoni magħżul. Għall-protezzjoni tal-bqija ta’ ġismek
jenħtieġ ukoll li tilbes ilbies protettiv adattat. Jista’ jkun li materja partikolata u sustanzi
rilaxxati waqt il-proċess tal-iwweldjar jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi fil-ġilda ta’ persuni
bi predispożizzjoni rilevanti. Fil-persuni sensittivi l-kuntatt tal-ġilda mat-tagħmir għar-ras
jista’ jikkawża reazzjonijiet allerġiċi. L-elmu protettiv għal min jiwweldja ma jistax jintuża
għal applikazzjonijiet oħrajn ħlief għall-iwweldjar u t-tisnin. Il-manifattur ma jieħu l-ebda
responsabbiltà f’każ li l-elmu għall-iwweldjar ma jintużax għall-iskop intu skont l-istruzzjonijiet
għall-użu. L-elmu huwa adattat għall-metodi komuni tal-iwweldjar kollha bl-eċċezzjoni
tal-iwweldjar bil-gass jew bil-laser. Jekk jogħġbok, osserva r-rakkomandazzjoni dwar
il-livell ta’ protezzjoni skont EN169, li tinsab fil-qoxra. L-elmu ma jistax jintuża flok elmu
protettiv. Skont il-mudell, hemm il-possibbiltà li jintuża kkombinat ma’ elmu protettiv.L-elmu
jista’ jaffettwa l-kamp viżiv (m’hemmx vista laterali mingħajr ma ddawwar rasek), minħabba
l-karatteristiċi tal-kostruzzjoni tiegħu, u l-vista tal-kuluri, minħabba d-densità ottika tal-filtru
awtomatiku li jnaqqas id-dawl. al dawn ir-raġunijiet, huwa possibbli li min jużah ma jarax
fanali ta sinjalazzjoni jew indikazzjonijiet ta twissija. Barra minn hekk, hemm periklu li wieħed
jaħbat ma’ ostaklu minħabba l-perimetru ikbar (tar-ras flimkien mal-elmu). Barra minn hekk,
l-elmu jnaqqas is-smigħ u s-sens tat-temperatura.
Il-modalità rieqed
L-istoċċ ta’ protezzjoni kontra t-tgħammix għandu funzjoni li titfih awtomatikament u b’hekk
testendi t-tul tal-użu tal-batteriji. Jekk għal madwar 10 minuti inqas minn 1 lux ta’ dawl
jinteraġixxi mal-istoċċ ta’ protezzjoni kontra t-tgħammix, dan tal-aħħar jintefa awtomatikament.
Sabiex l-istoċċ jerġa’ jinxtegħel, jenħtieġ li ċ-ċelluli solari jkunu esposti għal ftit għad-dawl
tal-jum. Fil-kli l-istċ ta’ protezzjoni kontra t-tgħammix ma jkunx jista’ jerġa’ jiġi attivat jew
m’għadux jiskura malli jinxtegħel l-ark all-iwweldjar, il-batteriji jridu jinbidlu
.
Garanzija u responsabbiltà
Dwar id-dispożizzjonijiet relatati mal-garanzija, jekk jogħġbok, ara l-informazzjoni pprovduta
mill-organizzazzjoni ta’ bejgħ nazzjonali tal-manifattur. Aktar informazzjoni relatata jista’
jipprovdihielek il-kummerċjant speċjalizzat u awtorizzat minna. Il-garanzija tgħodd biss
al żbalji materjali u tal-produzzjoni. F’każijiet ta’ ħsarat ikkawżati minn użu inadegwat,
interventi mhux permessi jew użu mhux intiż mill-manifattur tiskadi l-garanzija u ma tittieħed
l-ebda responsabbiltà. Il-garanzija u r-responsabbiltà jiskadu wkoll jekk jintużaw partijiet ta’
rikambju differenti minn dawk oriġinali
.
It-tul mistenni tal-użu
L-elmu għall-iwweldjar m’għandux data ta’ skadenza. Il-prodott jista’ jintuża għal kemm żmien
ma jseħħux ħsarat viżibbli jew mhux viżibbli jew disfunzjonijiet
.
Kif jintuża
1.
Iċ-ċinta għal mar-ras
.
ġusta ċ-ċinta ta’ fuq għad-daqs ta’ rasek. Agħfas ‘il ġewwa
l-buttuna ta’ qfil u dawwarha sakemm iċ-ċinta tkun aġġustata sew, però mingħajr ma
tagħfsek iżżejjed
.
2.
Id-distanza mill-għajnejn u l-inklinazzjoni tal-elmu
.
Billi tħoll il-buttuni ta aġġustament
, tiġi aġġustata d-distanza bejn l-istoċċ u għajnejk. Aġġusta ż-żewġ naħat bmod indaqs u
mingħajr ma tmejjilhom. Imbagħad, erġa’ ssikka l-buttuni ta’ aġġustament. L-inklinazzjoni
tal-elmu tista’ tiġi aġġustata permezz tal-buttuna li ddur
.
3.
Livell ta’ protezzjoni
. Il-livell tad-dell jista ‘jintgħażel bejn 9 u 13.
4.
Sensur jiżżerżaq
.
Is-sensur jiżżerżaq jista’ jitqiegħed f’żewġ pożizzjonijiet differenti.
Skont il-pożizzjoni, jiċċekken jew jitkabbar l-angolu għall-għarfien tad-dawl ambjentali.
5. Regolatur tal-ħinijiet tal-ftuħ Ir-regolatur tal-ħinijiet tal-ftuħ (Delay) jippermettilek
tagħżel id-dewmien tal-ftuħ minn skur għal ċar.Il-buttuna rotatarja tippermetti
ġustament stabbli minn skur għal ċar ta’ bejn 0.1 - 1 .0 s.
6. Sensittività. Il-buttuna tas-sensittività taġġusta s-sensittività tad-dawl ambjentali.
Tindif u diżinfezzjoni
L-istoċċ ta’ protezzjoni kontra t-tgħammix u l-ħġieġa esterna jridu jitnaddfu bi drapp artab
b’mod regolari. M’għandhomx jintużaw deterġenti qawwija, solventi, alkoħol jew deterġenti
li fihom sustanzi abrażivi. Ħġieġa migrufa jew bil-ħsara jkun tajjeb li tinbidel.
Ħażna
L-elmu għall-iwweldjar għandu jinħażen f’temperatura ambjentali u umdità baxxa. Sabiex
ittawwal it-tul tal-użu tal-batteriji, aħżen l-elmu fl-imballaġġ oriġinali
.
Kif tibdel il-ħġieġa esterna
Il-klipp tal- ġenb jintgħafas il ġewwa sabiex tinħall u titneħħa l-ħġieġa esterna. Poġġi l-ħġieġa
l-ġdida f’postha bi klipp wieħed. Ġebbed il-ħġieġa sat-tieni klipp u sakkarha. Din l-azzjoni
teħtieġ xi ammont ta’ pressjoni sabiex is-siġill fil-ħġieġa esterna jkollu l-effett mixtieq
.
Kif timmonta u tiżmonta l-istoċċ ta’ protezzjoni kontra t-tgħammix
1.
Iftaħ is-sokor li jżomm il-molla tal-istoċċ ta’ protezzjoni kif muri fl-istampa
2.
B’ħafna attenzjoni, ħalli l-istoċċ joħroġ bl-għajnuna tal-inklinazzjoni
L-immuntar tal-istoċċ ta’ protezzjoni kontra t-tgħammix isir b’ordni invertit
.
Soluzzjonijiet għall-problemi
L-istoċċ ta protezzjoni kontra t-tgħammix ma jiskurax
Eżamina l-fluss ta’ dawl lejn is-sensur
Naddaf is-sensur jew il-ħġieġa esterna
Ibdel il-pożizzjoni tas-sensur
Viżibilità baxxa
Naddaf il-ħġieġa esterna jew l-istoċċ ta’ protezzjoni kontra t-tgħammix
Żid id-dawl ambjentali
L-elmu għall-iwweldjar jiżloq
Erġa’ aġġusta / ilbes iċ-ċinta għal mar-ras
Speċifikazzjonijiet
(
Soġġetti għal emendi tekniċi
)
Livell ta’ protezzjoni 4 (
stat ta’ dawl
)
9 – 13 (
stat ta’ dlam
)
Protezzjoni kontra r-radjazzjoni ultravjola /
infraħamra
Protezzjoni massima fl-istati ta’ dawl u ta’ dlam
Ħin meħtieġ għall-qlib mill-istat ta’ dawl al
dak ta’ dlam
0,00015s (23°C / 73°F)
0,00010s (55°C / 131°F)
Ħin meħtieġ għall-qlib mill-istat ta’ dlam al
dak ta’ dawl
0,1s - 1,0s
Dimensjonijiet tal-istoċċ ta’ protezzjoni kontra
t-tgħammix
90 x 110 x 7mm / 3.55 x4.33 x 0.28
Dimensjonijiet tal-kamp viżiv 50 x 100 mm / 1.96 x 3.94
Provvista tal-elettriku 2 x CR2032 (replaceable)
Piż 460g / 16,226 oz
Temperatura tat-tħaddim -10°C – 70°C / 14°F – 15F
Temperatura tal-ħażna -2C – 8C / -F 176°F
Klassifikazzjoni skont EN379
Kwalità ottika
= 1
Dawl diffuż
= 1
Omoġeneità
= 1
Dipendenza fuq l-angolu viżiv
= 2
Approvazzjonijiet CE, ANSI Z87.1, EAC, konformità ma’ CSA Z94.3
Marki addizzjonali għall-verżjoni PAPR
(korp notifikat CE1024)
EN12491 (TH3 flimkien ma 'e3000, TH3 għal
verżjonijiet b ’hardhat u e3000)
Partijiet ta’ rikambju
1. Stoċċ ta’ protezzjoni kontra t-tgħammix
2. Ħġieġa esterna
3. Ħġieġa protettiva interna
4.
Ċinta għal mar-ras mat-tagħmir għall-iffissar
5. Faxxa għal mal-ġbin
Dikjarazzjoni tal-konformità
Ara l-indirizz tal-internet fl-aħħar paġna.
Informazzjoni legali
Dan id-dokument jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament tal-UE 2016/425 (punt 1.4 tal-Anness II).
Dispożizzjonijiet
Informazzjoni ddettaljata fl-aħħar paġna.

Other manuals for optrel e650

Related product manuals