EasyManua.ls Logo

Barbecook SPRING 3002 - Mt - Gwida Għall-Utent

Barbecook SPRING 3002
Print Icon
To Next Page IconTo Next Page
To Next Page IconTo Next Page
To Previous Page IconTo Previous Page
To Previous Page IconTo Previous Page
Loading...
www.barbecook.com
35
MT - GWIDA GĦALL-UTENT
1. IRREĠISTRA L-APPARAT TIEGĦEK
Grazzi talli xtrajt barbecue Barbecook.
Nisperaw li tieħu pjaċir tużah u tgawdih għal ħafna żmien!
Tista' tottimizza l-esperjenza tiegħek billi tirreġistra l-barbecue
tiegħek online biex tieħu vantaġġ mill-ħafna beneċċji.
- Tikseb aċċess għall-gwida tal-utent sħiħa online,
sabiex tkun
tista' ssir taf dak kollu li hemm x'titgħallem dwar l-apparat
tiegħek.
- Aħna nipprovdulek servizz ta' wara l-bejgħ personalizzat,
li jsser li tista' ssib u tordna spare parts malajr u faċilment.
Dan jippermettilek li tieħu l-aħjar li tista' mis-servizz tal-
garanzija.
- Tinżamm infurmat dwar l-aġġornamenti tal-prodott.
- Tieħu ħafna pariri u suġġerimenti ġodda.
Għal aktar informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni
tal-apparat tiegħek, żur www.barbecook.com.
Barbecook jirrispetta l-privatezza tiegħek. Id-data
tiegħek qatt m'hi se tinbiegħ, titqassam jew tinqasam
ma' partijiet terzi.
2. DWAR DAN IL-MANWAL
Dan il-manwal jikkonsisti f'żewġ partijiet.
Parti 1 ha struzzjonijiet ġenerali dwar l-immuntar, l-użu, il-
manutenzjoni u l-garanzija.
Parti 2 (li tibda f'paġna 92) ha illustrazzjonijiet, listi ta' partijiet
u
tpinġijiet tal-assemblaġġ.
Jekk ikun hemm illustrazzjoni li tikkorrispondi ma'
struzzjoni speċika l-manwal, se ssirlek referenza
għaliha b'din il-pittogramma
ta' lapes.
3. STRUZZJONIJIET IMPORTANTI DWAR IS-SIGURTÀ
3.1. Aqra u segwi dawn l-istruzzjonijiet
Aqra l-istruzzjonijiet qabel tuża l-apparat
Dejjem segwi l-istruzzjonijiet bir-reqqa. L-immuntar jew l-użu
tal-apparat b'mod li ma jaqbilx mal-istruzzjonijiet jista'
jirriżulta f'nirien u ħsara materjali.
Ħsara kkawżata minħabba li ma jkunux ġew segwiti
l-istruzzjonijiet
(immuntar mhux xieraq, użu ħażin, manutenzjoni mhux
xierqa, eċċ.) mhumiex koperti mill-garanzija.
3.2. Oqgħod attent meta tuża l-gass
Li taħdem bil-gass huwa sigur jekk tieħu xi prekawzjonijiet:
Dejjem aħżen iċ-ċilindri tal-gass barra mid-dar  spazju
ventilat tajjeb. Kun żgur li l-iexken
ma jkunux esposti għal temperaturi għoljin jew
għax-xemx diretta.
Qatt taħżen iċ-ċilindru tal-gass jew iċ-ċilindru tal-gass żejjed
l-kabinett tat-tagħmir tiegħek.
Qatt taħżen iċ-ċilindru tal-gass żejjed tiegħek l-viċinanza ta'
apparat tal-gass li jkun qed jintuża.
Wara l-użu, dejjem agħlaq il-provvista tal-gass
miċ-ċilindru tal-gass.
Qatt tpejjep l-viċinanza ta’ apparat li jaħdem bil-gass
li jkun qed jintuża, u lanqas l-viċinanza ta' ċilindru tal-gass,
vojt jew mimli.
Jekk ixxomm il-gass, agħlaq il-provvista tal-gass
immedjatament, it l-fjammi kollha, u iftaħ l-għatu
tal-apparat. Jekk ir-riħa tippersisti, ċempel lill-fornitur
tal-gass tiegħek jew lis-servizz tat-ti tan-nar.
3.3. L-għażla ta' post xieraq
Uża l-apparat barra biss. Jekk tuża l-apparat ġewwa, anke
f'garaxx jew f'kamra (shed), tkun qed tirriskja avvelenament bil-
monossidu tal-karbonju.
Ikkunsidra dan li ġej meta tagħżel post:
Poġġi l-apparat mill-inqas tliet metri 'l bogħod mill-bini
f'post miftuħ u ventilat tajjeb.
Kun żgur li dejjem ikun hemm ħafna arja mingħajr ostakli
għall-burners u għall-fetħiet tal-ventilazzjoni l-kabinett.
Tpoġġix il-barbecue taħt struttura li tgħattih minn fuq
(veranda, xi kenn, eċċ.) jew taħt xi weraq.
Poġġi l-apparat fuq wiċċ ċatt u stabbli. Tpoġġix l-apparat fuq
vettura li tiċċaqlaq (dgħajsa, karru, eċċ. ).
3.4. Struzzjonijiet dwar is-sigurtà
Użaħ barra biss.
Jekk jogħġbok aqra l-istruzzjonijiet qabel ma tużaħ.
Tmexxix l-apparat waqt l-użu.
Qatt tħalli l-apparat waħdu waqt li jkun qed jintuża, u b'mod
partikolari jekk ikun hemm tfal jew annimali madwar.
TWISSIJA: Il-partijiet li jintmessu jistgħu jsiru jaħarqu ħafna.
Żomm lit-tfal żgħar 'il bogħod.
Uża protezzjoni xierqa meta jkollok bżonn tmiss partijiet
sħan (l-għatu, il-gradilja, eċċ.).
Żomm l-apparat 'il bogħod minn materjali li jieħdu n-nar
meta tkun qed tużah.
Żomm materjali li jieħdu n-nar, likwidi li jieħdu n-nar u
oġġetti li jinħallu f'distanza sigura mill-apparat meta jkun qed
jintuża.
Tużax injam, faħam tal-kannol, lava stone, jew briquettes
taċ-ċeramika f'apparat tal-gass.
Tużax l-apparat meta tkun taħt l-inuwenza tal-alkoħol jew
drogi.
Agħlaq il-provvista tal-gass miċ-ċilindru tal-gass wara l-użu.
Tagħmilx modiki lill-apparat.
4. KUNĊETTI RIKORRENTI
Din il-parti tal-gwida telenka d-denizzjonijiet ta' xi kunċetti
inqas familjari. Dawn il-kunċetti jintużaw meta jiġu diskussi
diversi suġġetti l-manwal.
4.1. Tubi venturi
It-tubi venturi huma t-tubi ż-żgħar imwaħħlin d-daħla tal-
burners. Hemm fetħa l-ġenb tat-tubi venturi. Din tidher
fuq il-burners ewlenin u fuq il-burner tal-ġenb:
Il-gass jgħaddi mit-tubi venturi 
triqtu lejn il-burners. Il-gass jitħallat mal-arja (u, għalhekk,
l-ossiġenu)
mill-fetħiet l-ġnub. Dan hu
essenzjali għal kombustjoni xierqa l-burners: kombustjoni
xierqa teħtieġ it-taħlita korretta ta' gass / ossiġnu biex tagħti
fjammi sbieħ.
4.2. Għotjien tal-burners
L-għotjien tal-burners huma għotjien imqiegħda
fuq il-burners fuq l-apparat. Dawn jipproteġu l-burners mit-taqtir
tax-xaħam. Il-fetħiet mgħottija fuq il-ġnub tal-għotjien iqassmu
s-sħana fuq il-gradilja sabiex tisħon aktar malajr u b’mod aktar
uniformi.

Related product manuals