36
Bluelink Pro hija interfaċċa ta' Bluetooth Low Energy (BLE) li jippermetti
lil kompjuter tal-għadis sabiex jikkomunika ma' apparat permezz ta' app
iddedikata. L-apparat smart irid ikun kompatibbli ma' Bluetooth Low
Energy 4.0.
L-app tippermetti lill-apparat smart sabiex jaqbad mal-kompjuter tal-
għadis sabiex ikun jista' jagħmel dan li jmiss:
- Taqra informazzjoni (bħall-mudell u n-numru serjali)
- Tniżżel il-logbook (tniżżil ta' data)
- Taġġorna l-firmware (ittella' data)
Bluelink Pro huwa kompatibbli ma':
• Puck Pro +
• Smart
• Quad
• Puck Pro (L-EBDA aġġornament ta' firmware)
Prodotti MARES futuri bl-istess tip ta' konnesjoni
Bluelink Pro iqabbad il-kompjuter tal-għadis l-istess mod bħall-interfaċċa
standard bil-kejbil. Irreferi għall-manwal tal-utent tal-kompjuter tal-
għadis għal deskrizzjoni ta' kif tagħmel dan.
MODALITÀ TA' TĦADDIM
Meta Bluelink Pro ma' jkunx qed jintuża jibqa' f'modalità ta' enerġija baxxa
sabiex jippreserva l-batterija. Dan jiġi riferut għalih bħala DeepSleep.
Sabiex tistabbilixxi konnessjoni mal-apparat smart segwi din il-proċedura:
• Qiegħed il-Kompjuter tal-Għadis fil-modalità "PC Ready”. Ara l-manwal
tal-kompjuter tal-għadis għal dettalji.
• Qabbad Bluelink Pro mal-kompjuter tal-għadis (ara l-istampa). La
darba jaqbad l-LED fuq Bluelink Pro ser tiġi blu stabbli għal 5 sekondi u
wara ser itteptep għal 55 sekonda.
• Waqt dawk il-55 sekonda Bluelink Pro ikun lest sabiex jikkomunika
mal-apparat smart.
• Jekk ma sseħħ l-ebda komunikazzjoni bejn Bluelink Pro u l-apparat
smart f'dawn il-55 sekonda, Bluelink Pro jirritorna għall-modalità
DeepSleep sabiex jippreserva l-batterija u l-LED tintefa. Attentat ta'
konnessjoni li jkun inbeda issa ser ifalli għaliex Bluelink Pro irritorna
għall-modalità DeepSleep. Biex tqajjam lill-Bluelink Pro sabiex tibda
konnessjoni ġdida, skonnettja Bluelink Pro minn mal-kompjuter tal-
għadis u erġa qabbdu. Id-dawl ser isir blu stabbli għal 5 sekondi
imbagħad ser iteptep għal 55 sekonda.
• Biex tibda komunikazzjoni, iftaħ l-app u ibda l-konnessjoni (ara
l-istruzzjonijiet tal-app dwar kif tagħmel dan).
• Ladarba l-konnessjoni ġiet stabbilita, id-dawl isir aħdar u l-apparati
jkunu lesti sabiex jikkomunikaw.
• Jekk la darba d-dawl ikun sar aħdar ma titpartat l-ebda data għal 60-
sekonda, l-LED jibda jteptep aħmar sabiex iwissi lill-utent li s-sessjoni
ser tiskadi. Jekk l-ebda data ma titpartat għal 30 sekonda oħra,
il-konnseejoni tiġi terminata u Bluelink Pro jidħol f'DeepSleep
• Waqt li d-dawl ikun aħdar jew aħmar, hekk kif ikun hemm tpartit ta'
data, il-countdown ta' 60+30 sekonda jiġi mġedded għal zero.
• Jekk il-konnessjoni tiġi terminata mill-app, pereżempju għaliex l-utent
jagħlaq l-app, Bluelink Pro ser juri dawl blu iteptep għal 60 sekonda, li
jippermetti li titwaqqaf konnesjoni ġdida waqt dan il-ħin.
SOSTITUZZJONI TAL-BATTERIJA
Tip ta' batterija: Lithium Ion, 3V, tip CR2450
Il-ħajja tal-batterija tiddependi min-numru ta' konnessjonijiet li jitwettqu. Bħala
referenza, b'200 konnessjoni fis-sena il-batterija ser isservi madwar sentejn.
Sabiex tissostitwixxi l-batterija, , ħoll l-għata t'isfel tal-qafas billi tneħħi
ż-żewġ viti mbagħad tgħolli l-għata sabiex tikxef l-kompartiment tal-
batterija. Neħħi l-batterija u qiegħed il-batterija f'postha, kun ċert li
tirrispetta l-polarità korretta (+ tipponta 'l barra).
IDENTIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT
Numru serjali u l-indirizz MAC jinsabu taħt l-għata tal-kompartiment
tal-batterija.
RIMI TAL-APPARAT
Armi dan l-apparat bħala skart elettroniku. Tarmihx ma' skart regolari.
Jekk tippreferi, tista' tirritorna l-apprat tiegħek lill-aġent Mares lokali
tiegħek.
GARANZIJA
Il-prodotti Mares huma garantiti għal perijodu ta' sentejn soġġetti għal-
limitazzjonijiet u l-kundizzjonijiet li jmissu:
Din il-garanzija mhix trasferibbli u tapplika strettament għax-xerrej oriġinali.
Il-prodotti Mares huma garantiti ħielsa minn difetti fil-materjali u tal-
abbiltà tax-xogħol:
komponenti li; fuq spezzjoni teknika; jinsabu li huma difettu#i; ser jiġu
mibdula mingħajr ħlas.
Mares S.p.A tirrifjuta kull responsabbiltà għal inċidenti ta' kwalunkwe tip
li jirriżultaw minn tbagħbis jew użu inkorrett tal-prodotti tagħha.
Kwalunkwe prodott li jiġi ritornat għal tibdil totali jew tiswijiet taħt
il-garanzija, jew għal kwalunkwe raġuni oħra, irid jitwassal esklussivament
permezz tal-bejjiegħ u akkumpanjat minn karta tal-prova tax-xiri.
L-ivvjaġġar tal-prodotti huma għar-riskju ta' min jibgħathom.
FCC: DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI TAL-
KOMUNIKAZZJONIJIET FEDERALI
Dan l-apparat huwa konformi ma' parti 15 tar-regoli tal-FCC. It-tħaddim
huwa soġġetti għaż-żewġ kundizzjonijiet li jmissu:
(1) Dan l-apparat mhux ser jikkawża interferenza li tagħmel ħsara, u
(2) Dan l-apparat irid jaċċetta kull interferenza rċevuta; inkluża
interferenza li tista' tikkawża operazzjoni mhux mixtieqa.
Fih ID tal-FCC: 2AIKSBLNK
TWISSIJA FCC
Kwalunkwe tibdil jew modifikazzjonijiet li ma jiġux espressament
approvati mill-parti responsabbli għall-konformità jista' jiżvalida
l-awtorità tal-utent sabiex iħaddem it-tagħmir.
Dan it-tagħmir ġie ttestjat u nstab li huwa konformi mal-limiti għal
apparat diġitali ta' Klassi B, skont parti 15 tar-Regoli tal-FCC. Dawn
il-limiti huma disinjati sabiex jipprovdu protezzjoni raġonevoli kontra
interferenza li tagħmel ħsara f'installazzjoni residenzjali. Dan it-tagħmir
jiġġenera, juża u jista' jirradja enerġija ta' frekwenza tar-radju, jekk ma
jiġix installa u użat skont l-istruzzjonijiet, jista' jikkawża interferenza li
tagħmel ħsara għal komunikazzjonijiet tar-radju.
Madanakollu, ma hemm l-ebda garanzija li mhix ser isseħħ interferenza
f'installazzjoni partikolari. Jekk dan it-tagħmir jikkawża interferenza
li tagħmel ħsara lir-riċezzjoni tar-radju jew tat-televiżjoni, li tista' tiġi
determinata billi titfi u tixgħel t-tagħmir, l-utent huwa inkoraġġit sabiex
jipprova jirranġa l-interferenza b'waħda jew aktar mill-miżuri li jmiss:
(1) Orjenta mill-ġdid jew ibdel il-post tal-antenna ta' riċezzjoni.
(2) Żid is-separazzjoni bejn it-tagħmir u r-riċevitur.
(3) Qabbad t-tagħmir ma' żbokk fuq ċirkwit differenti minn dak li jkun
imqabbad miegħu r-riċevitur.
(4) Ikkonsulta man-negozjant jew tekniku tar-radju/televiżjoni esperjenzat
għall-għajnuna.
UE
Dan l-apparat huwa konformi mar-rekwiżiti essenzjali u proviżjonijiet
relevanti ta' Direttiva 1999/5/KE.
KANADA - INDUSTRIJA KANADA (IC)
Dan l-apparat huwa konformi ma' RSS-247
Fih IC:21499-BLNK
CAN ICES-3(B)/NMB-3(B)
OĦRAJN
Dan il-prodott juża modulu li kiseb ċertifikazzjoni ta' tat-tip ta' kostruzzjoni
maħruġa minn Japan Radio Act.
MANWAL TAL-UTENT BLUELINK PRO