EasyManua.ls Logo

Siemens 6ES7 331-7SF00-0AB0 - Page 57

Siemens 6ES7 331-7SF00-0AB0
112 pages
To Next Page IconTo Next Page
To Next Page IconTo Next Page
To Previous Page IconTo Previous Page
To Previous Page IconTo Previous Page
Loading...
Malti
Manutenzjoni
Fil-każ li jkollhom bżonn tiswija, il-komponenti / modules ikkonċernati għandhom
jintbagħtu fil-post ta' manifattura. It-tiswijiet jistgħu jsiru biss f'dan il-post.
Kundizzjonijiet Speċjali għal:
KEMA 01 ATEX 1238X
KEMA 02 ATEX 1096X
KEMA 03 ATEX 1125X, ATEX 1228X
1. Komponenti / modules għandhom jiġu mmontati ġewwa lqugħ addattat. Dan l-
ilqugħ għandu jiggarantixxi protezzjoni li tkun mill-inqas tat-tip IP 54 (skond
EN 60529). Inti u tagħmel hekk, trid taħseb għall-kundizzjonijiet ambjentali ta'
waqt l-installazzjoni ta’ l-apparat. Għall-ilqugħ, irid ikun hemm dikjarazzjoni tal-
fabbrikant li tgħid li dan huwa tajjeb għaż-żona 2 (skond EN 60079-15).
2. Jekk fil-kejbil, jew fil-kaxxa mad-daħla għall-kejbil, tintlaħaq temperatura ta'
aktar minn 70 °C taħt kundizzjonijiet ta' ħidma, jew jekk fil-post fejn jinfirdu l-
wajers jista' jkun hemm temperatura ogħla minn 80 °C, il-kejbil irid ikollu
karatteristiċi li jifilħu għal dawn it-temperaturi.
3. Id-daħliet għall-kejbil li jintużaw iridu jikkonformaw mat-tip ta' protezzjoni IP
mitluba u mat-taqsima 6.2 (skond EN 60079-15).
4. Iridu jittieħdu miżuri biex il-vultaġġ nominali ma jinqabiżx b'aktar minn 40%.
Kundizzjonijiet speċjali għal KEMA 04 ATEX 1151X
1. Il-plugs tat-tip PROFIBUS-Bus Connector jeħtieġu jiġu installati b’mod li jiżgura
protezzjoni kontra kull periklu mekkaniku.
2. Jekk id-dħul ta’ l-umdità jew tat-trab ma jistax jiġi eskluż, jeħtieġu jiġu installati
plugs tat-tip PROFIBUS-Bus Connector tan-Numru Serjali 6ES7972-... f’ilqugħ
adegwat. Dan l-ilqugħ jeħtieġ jissodisfa l-klassi ta’ protezzjoni IP 54 (b’mod
konformi ma’ EN 60529) bħala standard minimu.
3. Il-plugs tat-tip PROFIBUS-Connector jeħtieġu jiġu installati skond l-istruzzjonijiet
u bil-viti pprovduti.
4. It-tqabbid u/jew skonnettjar ta’ wajers bil-kurrent fihom u l-użu ta’ swiċċijiet,
jiġifieri għal għanijiet ta’ installazzjoni jew manutenzjoni huwa permess biss jekk
iż-żona m’hijiex waħda li fiha riskju ta’ splużjoni.
51 Product Information on the Use of subassemblies/modules in a Zone 2 Hazardous Area
A5E00352937-04

Related product manuals