EasyManua.ls Logo

3M Protecta Cabloc - Page 47

3M Protecta Cabloc
64 pages
To Next Page IconTo Next Page
To Next Page IconTo Next Page
To Previous Page IconTo Previous Page
To Previous Page IconTo Previous Page
Loading...
47
C. Perikli Ambjentali: L-użu ta’ dan it-tagħmir f’żoni fejn jeżistu perikli ambjentali jista’ jkun li jkun jeżiġi li jittieħdu
prekawzjonijiet addizzjonali biex tiġi mnaqqsa l-possibbiltà ta’ korriment għall-utent jew ħsara lit-tagħmir. (eż., sħana
kbira kkawżata minn iwweldjar jew qtugħ ta’ metall, kimiċi kawstiċi, ilma baħar, linji tal-elettriku b’vultaġġ għoli,
gassijiet splussivi jew tossiċi, makkinarju li jiċċaqlaq, truf jaqtgħu jew bil-ponta).
D. Taħriġ: Dan it-tagħmir huwa intenzjonat li jiġi installat minn persuni li ġew imħarrġa -applikazzjoni korretta tiegħu.
Hija r-responsabbiltà tal-utenti ta’ dan it-tagħmir li jifhmu dawn l-istruzzjonijiet u jiġu mħarrġa -installazzjoni, użu,
u manutenzjoni korretti ta’ dan it-tagħmir. L-utenti għandhom ikunu konxji tal-konsegwenzi ta’ installazzjoni jew użu
mhux xierqa ta’ dan it-tagħmir. Dan il-manwal ta’ struzzjoni mhuwiex sostitut għal programm ta’ taħriġ. It-taħriġ
għandu jingħata fuq bażi perjodika biex tiġi assigurata l-proċjenza tal-utent.
1.4 STANDARDS: Irreferi għar-rekwiżiti lokali u nazzjonali applikabblili jirregolaw dan it-tagħmir għal aktar informazzjoni
dwar sistemi tas-sigurtà għal sellum u komponenti assoċjati.
2.0 REKWIŻITITAS-SISTEMA
2.1 Kompatibbiltà tal-Komponenti u s-Subsistemi: Dan it-tagħmir huwa maħsub biex jintuża ma’ komponenti u
subsistemi approvati tal-Protezzjoni Kontra Waqgħa ta’ 3M. L-użu ta’ komponenti u subsistemi mhux approvati (eż., irbit
tas-sikurezza, lanyards, sleeves, eċċ.) jista’ jhedded il-kompatibbiltà tat-tagħmir, u jista’ jaettwa s-sigurtà u l-adabbiltà
tas-sistema kompleta. Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar l-installazzjoni jew l-adegwatezza ta’ dan it-tagħmir għall-
applikazzjoni tiegħek, ikkuntattja lil Protezzjoni Kontra Waqgħa ta’ 3M.
Kompatibbiltà tal-Konnetturi: Il-konnetturi użati ma’ din is-sistema (ganċijiet, carabiners, D-rings) jeħtieġ li jkunu
dawk fornuti mas-sistema jew sostituzzjonijiet speċikati mill-Protezzjoni Kontra Waqgħa ta’ 3M. Oqgħod attent li tiżgura
l-kompatibbiltà tal-ġanċijiet u l-punt ta’ konnessjoni. Konnetturi li mhumiex kompatibbli jistgħu jinħallu b’mod mhux
intenzjonat (roll-out). Il-konnetturi għandhom ikunu kompatibbli l-qies, forma, u saħħa. Konnetturi li jingħalqu/jinqau
waħedhom huma rakkomandati ħafna mill-Protezzjoni Kontra Waqgħa ta’ 3M.
Ippjanar: Ippjana s-sistema ta’ protezzjoni kontra waqgħa tiegħek u kif se tintuża qabel l-installazzjoni. Agħmel rendikont tal-
fatturi kollha li jistgħu jaettwaw is-sigurtà tiegħek qabel, waqt, u wara waqgħa mill-għoli. Inkludi l-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:
Fall clearance (Spazju għall-waqgħa): L-ispazju għall-waqgħa minn taħt saqajn l-utent sal-art jew wiċċ ieħor għandu
jkun mill-inqas 2m (7 ft). Dejjem ivverika l-ispazju liberu meħtieġ taħt l-utent l-post tax-xogħol qabel kull okkażjoni ta’
użu, sabiex, f’każ ta’ waqgħa, ma jkun hemm l-ebda ħabta mal-art jew ma’ ostaklu ieħor l-passaġġ tal-waqgħa.
; Għall-ewwel 2 m (7 ft) l-utent jista’ jkun li ma jkunx protett kontra li jolqot l-art. Għandha tittieħed attenzjoni
speċjali meta wieħed ikun tiela’ jew nieżel.
Veloċità tal-Ql: Evita li tuża s-Sleeve ta’ Cabloc/Cabloc Pro f’sitwazzjonijiet fejn il-passaġġ tat-tlugħ/inżul huwa
ostakolat. Il-ħidma  spazji dojoq tista’ ma tippermettix biżżejjed veloċità biex tinqafel is-Sleeve jekk ikun hemm
waqgħa. Huwa meħtieġ passaġġ miftuħ biex jiġi assigurat il-ql pożittiv tas-sistema. L-immaniġġjar tas-Sleeve waqt
l-użu jista’ jxkel l-operazzjoni sigura tal-mekkaniżmu tal-ibbrejkar, għalhekk tmissx is-Sleeve waqt it-tlugħ jew l-inżul.
L-immaniġġjar tat-tagħmir għandu jsir biss f’pożizzjoni sigura.
; Is-Sistema ta’ Cabloc/Cabloc Pro m’għandhiex tintuża imkien ma’ sistema jew subsistema ta’ protezzjoni kontra
waqgħa oħra, ħlief jekk ma tkunx awtorizzata mill-Protezzjoni Kontra Waqgħa ta’ 3M.
Support għall-Ġisem: Jeħtieġ li jintuża rbit tas-sikurezza għall-ġisem kollu mas-Sistema ta’ Cabloc/Cabloc Pro. L-irbit
tas-sikurezza jeħtieġ li jkollu konnessjoni fuq quddiem xierqa għal waqen ta’ waqgħa frontali meta tkun tiela’ jew
nieżel sellum. Il-punt ta’ konnessjoni tal-irbit tas-sikurezza jrid ikun ’il fuq miċ-ċentru tal-gravità tal-utent. Ċinturin ta’
pożizzjonar tax-xogħol mhuwiex awtorizzat għall-użu mas-sistema ta’ Cabloc/Cabloc Pro. Jekk isseħħ waqgħa waqt li
jkun qed jintuża ċinturin tal-ġisem (body belt), tista’ tikkawża telqien mhux intenzjonat u possibbilment fgar minħabba
sapport tal-ġisem mhux xieraq. Sostituzzjonijiet tat-tagħmir jew tal-komponenti tas-sistema m’għandhomx isiru
mingħajr il-kunsens bil-miktub tal-Protezzjoni Kontra Waqgħa ta’ 3M.
Sleeve ta’ Cabloc/Cabloc Pro: Is-Sleeve ta’ Cabloc/Cabloc Pro għandha tintuża biss mas-Sistema ta’ Cabloc/Cabloc
Pro. L-aċċess għas-Sistema għandu jinkiseb minn pożizzjoni sigura. Jekk hemm bżonn l-utent għandu juża tagħmir ta’
sigurtà ieħor, bħal lanyard b’żewġ ħbula (twin-tailed) jew pjattaforma ta’ aċċess, biex jiaċilita l-aċċess sigur għas-
sistema ta’ sigurtà. Is-sistema għandha dejjem tkun ippożizzjonata b’tali mod li timminimizza kemm il-potenzjal għal
waqgħat u kemm id-distanza tal-waqgħa potenzjali. Qatt m’għandek iżżid Konnetturi jew Lanyards addizzjonali li jistgħu
jżidu d-distanza tal-waqgħa.
2.2 REKWIŻITI TAT-TAGĦBIJA GĦAL STRUTTURA U KONNESSJONIJIET TA’ BRACKET: L-istruttura tat-tixbit li magħha hija
installata s-sistema ta’ Cabloc/Cabloc Pro jeħtieġ li tkun kapaċi tiaħ it-tagħbijiet li jitpoġġew fuqha mis-Sistema. Għal skopijiet
ta’ kalkolu t-tagħbija tal-ankra meħtieġa tista’ tiġi mistennija li se tkun distribwita b’mod indaqs bejn in-numru ta’ partijiet
mwaħħla mal-iskaluni. Pereżempju, l-Ankra ta’ Fuq (Figura 2) hija fornuta b’żewġ konnessjonijiet tal-iskaluna. F’dan l-eżempju,
it-tagħbija meħtieġa għal kull skaluna hija 7.5 kN (1,686 libbri) f’kull skaluna, total ta’ 15.0 kN (3,375 libbri.) għaż-żewġ skaluni.
Struttura: L-istruttura li magħha hija installata s-Sistema ta’ Cabloc/Cabloc Pro jeħtieġ li tkun kapaċi tiaħ mill-inqas
darbtejn it-tagħbijiet applikati mis-sistema f’każ ta’ waqgħa (6kN x 2 = 12kN / 2700 lbf; 15kN / 3375 lbf - 2 utenti). Jekk
tonqos milli ssegwi dawn il-linji gwidi, dan jista’ jwassal biex is-sistema ma taħdimx sew.
A. ANKRA TA’ FUQ: (Ara Figura 2) It-tagħbijiet konnessi tal-ankra ta’ fuq jinkludu pretensjoni tas-sistema u forzi
assoċjati mal-waqen ta’ waqgħa. Ir-rekwiżiti tat-tagħbija għall-ankra ta’ fuq ivarjaw skont in-numru ta’ utenti
permessi fuq is-sistema -istess ħin, il-mudell tal-ankra ta’ fuq, u t-tip ta’ konnessjoni mal-istruttura.
B. Ankra T’ISFEL: Il-konnessjoni tal-ankra t’isfel jeħtieġ li tkun kapaċi tiaħ tagħbija ta’ pretensjoni tas-sistema ta’
3.3 kN (750 libbri) d-direzzjoni tat-tagħbija.
3.0 INSTALLAZZJONITAS-SISTEMA
3.1 Is-sistemi ta’ Cabloc/Cabloc Pro huma maħsuba għal installazzjoni faċli fuq varjetà ta’ strutturi ta’ slielem ssi. Biex
tibda l-installazzjoni trid tkun taf in-numri tal-mudell tal-ankri ta’ fuq u t’isfel, il-gwidi tal-ħabel, u t-tip ta’ ħabel (azzar
galvanizzat jew inossidabbli). Segwi l-istruzzjonijiet għall-mudelli inklużi s-sistema tiegħek. L-ippjanar tal-installazzjoni
jista’ jimminimizza l-ammont ta’ ħin fuq is-sellum u jtejjeb is-sigurtà.

Other manuals for 3M Protecta Cabloc

Related product manuals