EasyManua.ls Logo

3M Protecta Cabloc - Page 48

3M Protecta Cabloc
64 pages
To Next Page IconTo Next Page
To Next Page IconTo Next Page
To Previous Page IconTo Previous Page
To Previous Page IconTo Previous Page
Loading...
48
Figura 1 turi komponenti tas-sistema vertikali ta’ Cabloc installati. Filwaqt li l-komponenti jvarjaw, il-proċeduri tal-
installazzjoni għall-installazzjoni tas-sistema ta’ Cabloc huma simili għall-applikazzjonijiet kollha. Meta tkun qed tinstalla
s-Sistema ta’ Cabloc, huwa rakkomandat li s-sistema tiġi installata fuq l-istruttura billi tibda mit-tarf ta’ fuq tal-istruttura.
Il-passi bażiċi għall-installazzjoni tas-Sistema ta’ Cabloc huma kif ġej:
Pass 1. Ippożizzjona u mmonta l-Ankra ta’ Fuq (Figura 2): Installa l-ankra ta’ fuq fuq is-sellum.
Pass 2. (Sistema ta’ Cabloc) Waħħal il-ħabel (Figura 2a): Agħmel ħolqa billi tgħaddi t-thimble tat-terminazzjoni
tal-ħabel minn ġox-shackle u waħħalha mal-ankra ta’ fuq billi tuża l-pinn tax-shackle.
Pass 3. (Sistema ta’ Cabloc Pro) Terminazzjoni tas-Swage: Uża biss Ħabel tal-Azzar Inossidabbli ta’ 1x19 fornut
minn 3M (jew) bħala l-Lifeline tal-Ħabel f’Sistemi ta’ Cabloc Pro (ara l-Lista tal-Partijiet). Sawwar il-Konnettur
tat-Tarf meħtieġ għal fuq kull tarf tal-Ħabel tal-Lifeline sa saħħa minima ta’ 38 kN (8,543 lbf) b’Hex Swager u
3M Parti 7241122 10 mm Bite Die:
Tabella tal-Hex Swaging
Ħabel Swage Die Swage Bites Spazju tal-Bite (Figura 11 A) Wisgħa Bejn l-Uċuħ (Figura 11 B)
1 x 19 7241122 6 mhux kontinwi 1 mm - 1.5 mm (0.04 in - 0.06 in) 11.4 mm - 12.4 mm (0.45 in - 0.49 in)
In-Numru tal-Parti, Numru tal-Lott, u Dimensjonijiet tas-Swage Bite huma mnaqqxa fuq in-naħa tal-parti tas-swage.
A. Swage Terminals bit-Tarf Magħluq (Closed End): (Figura 12) Daħħal il-Ħabel tal-Lifeline ċ-ċilindru
tas-Swage Terminal sal-fond massimu tat-terminal. Immarka l-ħabel t-tarf tas-Swage Terminal għar-
referenza biex tara li l-ħabel ma joħroġx ’il barra mis-Swage Terminal waqt it-tiswir.
B. Sawwar is-Swage Terminal darba fuq it-tarf għall-konnettur taċ-ċilindru: (Figura 13) Jekk preżenti
fuq il-ħabel, neħħi l-Għodda tat-Tensjonar.
C Sawwar iċ-ċilindru tas-Swage Terminal ħames darbiet oħra u pprogressa lejn ix-xoa jew ċanfrin
t-tarf tas-Swage Terminal: (Figura 14). Kull bite suċċessiva għandu jkollha spazju kif speċikat t-
Tabella tal-Hex Swaging bl-aħħar bite tispiċċa eżatt qabel l-ispalla s-Swage Terminal.
D. Wara li jitlestew is-6 tiswiriet, kejjel matul l-uċuħ ta’ kull bite b’Kaliper biex tiżgura li huma l-
medda speċika t-Tabella tal-Hex Swaging. (Figura 15)
Ittestja s-swages kollha billi tiġbed sa 19 kN (4,270 lbf). Żomm it-tagħbija għal 3 minuti mingħajr żliq.
Pass 4. Waħħal il-gwidi tal-ħabel (Figura 8) jew il-bracket(s) tan-nofs (Figura 9): Installa l-gwida tal-ħabel jew
il-bracket(s) tan-nofs fuq l-iskaluna/i tas-sellum. Il-brackets tan-nofs (Figura 9) jeħtieġ li jkollhom spazju kif jidher
t-tabella: It-tul tas-sistema (A) se jiddetermina n-numru meħtieġ ta’ sostenni tan-nofs (B). Is-sostenni tan-nofs
mhumiex meħtieġa jekk it-tul tas-sistema huwa inqas minn 10m. Għas-Sistema ta’ Cabloc, jekk it-tul tas-sistema
huwa 10m jew aktar, hemm bżonn ta’ gwida tal-ħabel waħda mill-inqas kull 10m. Għas-Sistema ta’ Cabloc Pro,
jekk it-tul tas-sistema huwa 10m jew aktar, hemm bżonn ta’ sostenn tan-nofs wieħed mill-inqas kull 5m.
Pass 5. Installa l-ankra t’isfel (Figura 5): Installa l-ankra t’isfel fuq is-sistema.
Pass 6. (Sistema ta’ Cabloc) Installa ċ-ċurkett għat-twaħħil t’isfel u l-klamps tal-ħabel (Figura 5a): Daħħal
iċ-ċurkett għat-twaħħil t’isfel -ankra t’isfel, immonta fuq iċ-ċurkett u għaddi l-ħabbel minnu. Imbagħad
waħħal il-klamps tal-ħabel (minimu ta’ 2) biex iżżomm il-ħabel f’postu. Issikka l-iskorna sakemm il-groove
tgħaddi minn ġo h, li jindika li t-tensjoni ntlaħqet. Żid il-kopertura tal-ħabel biex tlesti l-installazzjoni.
Pass 7. (Sistema ta’ Cabloc Pro) Vit tal-Hex Swage (Figura 6): Jekk qed tuża vit l-qiegħ tas-sistema, agħmel
hex swage tal-vit u daħħlu -ankra t’isfel (ikkuntattja lill-Protezzjoni Kontra Waqgħa ta’ 3M għal għodod ta’
hex swaging u speċikazzjoni). Issikka l-iskorna permezz ta’ spaners ta’ 12mm u 19mm sakemm il-groove
tgħaddi minn ġo h, li jindika li t-tensjoni ntlaħqet. Żid il-kopertura tal-ħabel biex tlesti l-installazzjoni.
; Linji Gwida dwar l-Installazzjoni tal-Ħabel: L-angolu tal-ħruġ tal-ħabel m’għandux ikun aktar minn +/- 5˚ meta
toħroġ bracket tan-nofs, Toggle jew Vit tal-Hex. Dan sabiex tevita t-tgerrim tal-ħabel li jista’ jikkawża ħsara sinikanti.
Dan se jippermeti wkoll lis-sistema tiġi tensjonata mingħajr ma joħloq piż fuq punt speċiku fuq il-ħabel.
; Skont it-tul tas-sistema, u l-ambjent fejn is-sistema hija installata, jista’ jkun neċessarju li minn żmien għal żmien
terġa’ tittensjona s-sistema mill-ġdid. Meded ta’ temperaturi estremi u sistemi twal ħafna x’aktarx li se jkun jeħtieġu
tensjonar mill-ġdid minn żmien għal żmien. Ikkuntattaja lill-Protezzjoni Kontra Waqgħa ta’ 3M għad-dettalji.
Pass 8. (Mhux Bilfors) Installa l-Ankra Universali (Figura 3): L-ankra universali tista’ tiġi installata kemm fuq
in-naħa ta’ fuq kif ukoll dik t’isfel tas-sistema. Uża l-assorbitur tal-enerġija in-line biex tqabbad il-parti ta’ fuq
tal-ħabel mal-ankra universali ta’ fuq. Fin-naħa t’isfel tas-sistema waħħal it-tensjonatur kif muri u għaddi
l-ħabel minnu. Imbagħad waħħal il-klamps tal-ħabel (2) biex iżżomm il-ħabel f’postu. Dawwar il-kamin biex
tissikka l-ħabel sakemm l-indikatur tat-tensjoni jkun jista’ jdur b’mod liberu, li jindika li t-tensjoni ntlaħqet. Żid
il-kopertura tal-ħabel biex tlesti l-installazzjoni.
4.0 IDENTIFIKAZZJONIUSPEZZJONIWARAL-INSTALLAZZJONITAS-SISTEMA:
A. Installa t-tikketta tal-installazzjoni u s-servizz fuq is-sellum jew l-istruttura f’post prominenti. Uża ż-żippijiet ipprovduti
mat-tikketta biex tqabbadha mas-sellum jew mal-istruttura. Qabel tinstalla t-tikketta, immarka d-data tal-installazzjoni
u n-numru ta’ utenti permessi l-postijiet xierqa fuq it-tikketta. Uża stampatur tal-ittri tal-metall biex timmarka
t-tikketta. Ikteb it-tagħrif ta’ identikazzjoni tas-sistema l-Lista tal-Kontroll tal-Installazzjoni  tmiem dan il-manwal.
B. Wara l-installazzjoni wettaq spezzjoni nali tas-sistema kif ġej:
Aċċerta li l-qeli kollha huma f’posthom u huma ssikkati sew.
Aċċerta li l-ħabel li jġorr huwa ttensjonat kif suppost. Tużax is-sistema ta’ Cabloc/Cabloc Pro jekk in-naħa t’isfel tal-
ħabel mhix f’pożizzjoni sigura/tensjonata mal-assemblaġġ tal-ankra t’isfel.
Aċċerta li l-ħabel li jġorr ma jħokkx mal-istruttura -ebda punt.
Aċċerta li t-tagħrif dwar is-sistema huwa miktub fuq it-tikketta.

Other manuals for 3M Protecta Cabloc

Related product manuals