EasyManua.ls Logo

3M Protecta Cabloc - Page 49

3M Protecta Cabloc
64 pages
To Next Page IconTo Next Page
To Next Page IconTo Next Page
To Previous Page IconTo Previous Page
To Previous Page IconTo Previous Page
Loading...
49
5.0 SPEZZJONIUOPERAT
OPERAT: Il-proċeduri ġenerali għall-użu tas-Sistema ta’ Cabloc/Cabloc Pro huma kif ġej:
Veriki ta’ Qabel l-Użu - Is-Sistema: Qabel kull użu, spezzjoni b’attenzjoni s-Sistema ta’ Cabloc/Cabloc Pro
1. Iċċekkja li m’hemmx sinjali ovvji ta’ ħsara lis-sistema, bħal ksur, partijiet milwija jew il-ħabel jitbaxxa b’mod
eċċessiv, jew brackets bil-ħsara.
2. Iċċekkja li d-diska mwaħħla mat-tensjonatur hija libera li ddur. Għal sistema biċ-ċurkett tal-ankra t’isfel iċċekkja li
l-groove hija viżibbli fuq l-ankra t’isfel.
3. Dejjem ivverika li l-ispazju vojt meħtieġ taħt l-utent biex jiġi żgurat li m’hemm l-ebda ħabta mal-art jew ma’
ostaklu ieħor l-passaġġtal-waqgħa.
4. Iċċekkja t-tikketta tas-sistema għan-numru massimu ta’ utenti u li ċ-ċertikazzjoni tas-sistemi hija valida.
Veriki ta’ Qabel l-Użu - Sleeve: Qabel kull użu, spezzjona s-Sleeve b’attenzjoni.
1. Iċċekkja li l-molla qed tiunzjona billi tgħolli l-cam arms u titlaqhom, suppost il-cam arms jaqbżu lura.
2. Iċċekkja l-musmar irbattut u l-iskorni tal-musmar irbattut għal sinjali ta’ ħsara.
3. Iċċekkja li l-bieba tal-carabiner tinfetaħ, tingħalaq u tinqafel.
4. Iċċekkja għal qtugħ, brix u tiżrit.
5. Iċċekkja li m’hemm l-ebda ħsara viżibbli fuq il-konnessjoni bejn l-assorbitur tal-enerġija integrali u s-Sleeve ta’
Cabloc/Cabloc Pro u l-assorbitur tal-enerġija integrali u l-karabiner.
6. Iċċekkja li l-element tal-assorbitur tal-enerġija huwa intatt, f’kundizzjoni tajba u ma ġiex attivat.
Waħħal mas-sistema - Sleeve ta’ Cabloc:
1. Iġbed il-pinn tar-rilaxx.
2. Imbotta l-cam arms kemm jista’ jkun ’il fuq u aċċerta li l-vleġġa fuq is-Sleeve qed tipponta ’l fuq.
3. Daħħal il-ħabel l-port orizzontali bit-tagħmir fuq ġenbu.
4. Reġġa’ lura l-Cabloc għall-pożizzjoni vertikali. Is-Sleeve se tippożizzjona ruħha fuq il-ħabel b’mod awtomatiku.
5. Imbotta l-bieba tal-carabiner ’il fuq, dawwarha skont l-arloġġ u mbagħad iftaħha. Għaddi l-punt tat-twaħħil tal-irbit
tas-sikurezza tiegħek minn ġol-bieba u itlaqha. Il-karabiner se tinqafel b’mod awtomatiku.
6. Issa inti mqabbad mas-Sistema ta’ Cabloc. Biex tneħħi t-tagħmir segwi l-istess proċess bil-kontra.
Waħħal mas-sistema - Sleeve ta’ Cabloc Pro:
1. Spezzjona b’għajnejk il-Cabloc Pro għal sinjali ta’ ħsara u/jew telf ta’ funzjonalità.
2. Iċċekkja li għandek it-tagħmir orjentat l-pożizzjoni t-tajba għat-twaħħil. Fittex il-vleġġa ’l FUQ fuq il-pjanċi tal-aluminju.
3. Waqt li żżomm it-tagħmir biż-żewġ idejn iġbed ’il barra, imbagħad iġbed lura u żomm il-lieva tal-pjanċa li taqfel
b’subgħajk il-kbir.
4. Iġbed lura l-gwida tal-ħabel u, waqt li taċċerta li l-cam mhuwiex ingaġġat, għaddi l-ħabel minn ġol-ftuħ l-ġenb
tat-tagħmir.
5. Erħi t-tagħmir. It-tagħmir se jinqafel fuq il-ħabel b’mod awtomatiku.
6. Meta ma jkunx qed jintuża l-cam iżomm il-Cabloc Pro fuq il-ħabel billi jiġbed ’l isfel fuq il-karabiner.
7. Wara li tlesti l-veriki ta’ qabel l-użu identikati f’taqsima 5 ta’ dan il-manwal, waħħal l-irbit tas-sikurezza mas-
sistema billi tuża l-ganċ karabiner integrali li jaqfel tliet darbiet.
8. Imbotta l-bieba mqabbża tal-karabiner ’il fuq, dawwarha skont l-arloġġ u mbagħad iftaħha. Għaddi d-D-ring tan-
naħa ta’ quddiem tas-sider tal-irbit tas-sikurezza tiegħek minn ġol-bieba u itlaqha. Il-karabiner se tinqafel b’mod
awtomatiku.
9. Biex tneħħi t-tagħmir segwi l-istess proċess bħal t’hawn fuq.
; Qatt m’għandek tuża lanyard biex teħel mas-Sistema ta’ Cabloc/Cabloc Pro waqt it-tlugħ jew l-inżul. L-użu ta’
lanyard inaqqas il-funzjonalità tas-Sleeve u f’każ ta’ waqgħa se jżid id-distanza ta’ waqgħa mingħajr trażżin u
t-tagħbija fuq is-sistema u l-utent.
It-Tlugħ u l-Inżul tal-istruttura b’dan il-mod:
Tlugħ: Itla’ bil-mod metodiku u rakkomandat, jiġieri żewġ idejn sieq waħda, id waħda żewġ saqajn u kun af li jekk
timpedixxi kwalunkwe parti tat-tagħmir ta’ sikurezza, dan potenzjalment jesponi lill-utent għal riskju.
Inżul: Biex tinżel, inżel is-sellum jew l-iskaluni tas-sellum b’mod normali b’pass stabbli. Jekk is-Sleeve tinqafel fuq
il-ħabel, iċċaqlaq kemm kemm ’il fuq biex tirrilaxxa s-Sleeve u mbagħad kompli inżel.
Mistrieħ f’pożizzjoni mhux speċikata: Is-Sleeve ta’ Cabloc/Cabloc Pro: m’għandhiex tintuża bħala tagħmir tal-
ippożizzjonar tax-xogħol. Meta jieqfu jew jistrieħu waqt tlugħ jew inżul jeħtieġ li l-utenti:
1. Jużaw tagħmir tal-ippożizzjonar tax-xogħol approvat jew jieqfu  pjattaforma speċikata għall-mistrieħ.
2. Jibqgħu f’kuntatt pożittiv mas-sellum f’kull ħin, kemm bl-idejn u kemm bis-saqajn.
3. Jimbottaw is-Sleeve fuq il-pożizzjoni tas-sider biex il-cam ikun ingaġġat b’mod attiv mal-wajer qabel iwaħħlu
tagħmir tal-ippożizzjonar tax-xogħol.
SPEZZJONI: Sabiex jiġi żgurat operat sigur u eċjenti, is-Sistema ta’ Cabloc/Cabloc Pro għandha tiġi spezzjonata skont
l-istruzzjonijiet f’Tabella 1 bil-frekwenzi indikati.
; Ikteb ir-riżultati tal-ispezzjoni  “Storja tal-Eżaminazzjonijet Perjodiċi u Tiswijiet.”

Other manuals for 3M Protecta Cabloc

Related product manuals