EasyManua.ls Logo

3M Protecta Cabloc - Page 128

3M Protecta Cabloc
260 pages
To Next Page IconTo Next Page
To Next Page IconTo Next Page
To Previous Page IconTo Previous Page
To Previous Page IconTo Previous Page
Loading...
128
1.2 LIMITAZZJONIJIET: Is-Sleeve tal-Ħabel li Tista’ Tinqala’ ta’ Cabloc trid tintuża ma’ sistema tas-sigurtà għal sellum
approvata tal-Protezzjoni Kontra Waqgħa ta’ 3M. Uża biss ħabel b’bażi soda b’dijametru ta’ 8 mm (5/16 pulzier) mas-
Sleeve tal-Ħabel li Tista’ Tinqala’. Is-sistema tas-sigurtà għal sellum jeħtieġ li jkollha angolu massimu ta’ 15° mill-vertikali.
Is-sistema tas-sigurtà għal sellum tista’ tiġi kkon gurata bi jew mingħajr assorbitur tal-enerġija in-line tal-aqwa kwalità.
Iż-żewġ kon gurazzjonijiet ġew ittestjati u approvati għall-użu mas-Sleeve tal-Ħabel li Tista’ Tinqala’.
It-temperatura minima li s-Sleeve tal-Ħabel li Tista’ Tinqala’, inkluż ir d riġidu, hija approvata għaliha hi -30°C (-22°F).
Is-Sleevetal-Ħabel li Tista’ Tinqala’ ta’ Cabloc jeħtieġ li titqabbad direttament ma’ rbit tas-sikurezza għall-ġisem kollu
approvat bil-carabiner inkluża (Figura 2, J). Tużax apparat konnettiv minbarra l-carabiner li hi parti mis-Sleeve tal-Ħabel
li Tista’ Tinqala’ ta’ Cabloc.
2.0 REKWIŻITI TAS-SISTEMA
2.1 KUMPATIBBILTÀ TAL-KOMPONENTI U SUBSISTEMI: Dan it-tagħmir huwa maħsub biex jintuża ma’ komponenti u
subsistemi approvati tal-Protezzjoni Kontra Waqgħa ta’ 3M. L-użu ta’ komponenti u subsistemi mhux approvati (jiġi eri
rbit tas-sikurezza, lanyards, eċċ.) jista’ jhedded il-kumpatibbiltà tat-tagħmir, u jista’ ja ettwa s-sigurtà u l-a dabbiltà
tas-sistema kompleta. Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar l-installazzjoni jew l-adegwatezza ta’ dan it-tagħmir għall-
applikazzjoni tiegħek, ikkuntattja lil Protezzjoni Kontra Waqgħa ta’ 3M.
2.2 KUMPATTIBBILTÀ TAL-KONNETTURI: (Ara Figura 3)
Qabbad il-carabiner (A) mad-D-Ring ta’ quddiem (B).
2.3 BIEX TAGĦMEL KONNESSJONIJIET: (Ara Figura 4)
Snap hooks u carabiners tal-Protezzjoni Kontra Waqgħa ta’ 3M m’għandhomx jitqabbdu:
A. Ma’ D-ring li għandu konnettur ieħor imqabbad miegħu.
B. Ma’ xulxin.
Żgura li l-konnetturi kollha huma kompletament magħluqin u msakkrin.
3.0 OPERAT U UŻU
3.1 UŻU TAS-SISTEMA TA’ CABLOC: QABEL KULL UŻU spezzjoni s-sistema u s-sleeve tal-ħabel skont is-sezzjoni 5.0.
Ivveri ka mill-marki tat-tikketta li s-sistema ġiet spezzjonata formalment -aħħar sena. TUŻAX sistema ta’ Cabloc li ma
tinżammx kif suppost u TITLAX struttura li mhix f’kundizzjoni tajba. Spezzjona s-sleeve tal-ħabel li tista’ tinqala’ skont
is-Sezzjoni 5.3. Spezzjona l-irbit tas-sikurezza għall-ġisem kollu skont l-istruzzjonijiet tal-manifatur. Spezzjona s-Sistema
tas-Sigurtà ta’ Ħabel Vertikali ta’ Cabloc skont is-Sezzjoni 5.4.
3.2 IPPJANA l-użu tiegħek tas-sistema ta’ Cabloc qabel tibda x-xogħol. Ikkunsidra l-fatturi kollha li se ja ettwaw is-sigurtà
tiegħek qabel tibda xogħlok.
Żgura li s-sistema hija kklassi kata għall-għadd ta’ utenti meħtieġ.
Hemm perikli assoċjati mat-tqabbid u l-iskonnettjar minn mas-sistema. Uża sistema ta’ protezzjoni li twaqqaf waqgħa
sekondarja. Żgura li punti ta’ ankraġġ, pjattaformi ta’ llandjar, jew mezzi oħra adegwati huma disponibbli l-punti tat-
tqabbid u l-iskonnettjar biex jippermettu tranżizzjonijiet siguri minn u lejn is-sistema.
Id-distanza minima tal-waqgħa meħtieġa biex jaħdem it-tagħmir hija 2m (7 piedi) bejn is-saqajn tal-utent u l-wiċċ
taħtu. L-utent jista’ ma jkunx protett milli jolqot l-art jew jillandja -ewwel 2m (7 piedi) ta’ tlugħ jew l-aħħar 2m (7
piedi) ta’ nżul. Uża proċeduri ta’ tlugħ xierqa (eż., żomm 3 punti ta’ kuntatt b’idejk u saqajk) meta titla’ jew tinżel
kwalunkwe porzjoni tas-sellum li mhix protetta mis-sistema ta’ Cabloc.
Uża proċeduri tas-sigurtà xierqa meta tkun qed titla’/tinżel. Iġġorrx għodda jew tagħmir b’idejk. Żomm idejk liberi
biex titla’/tinżel. Ara li l-oġġetti li ġġorr ikunu siguri biex tevita li twaqqagħhom fuq nies li qed jitilgħu taħtek. Itla’ sa
fejn inti kapaċi biss. Tlugħ t-tul jista’ jirrikjedi diversi waq et ta’ mistrieħ matul it-tlugħ/l-inżul biex tevita wisq għeja.
Uża tagħmir ta’ ppożizzjonar tax-xogħol xieraq għal waq et ta’ mistrieħ. TITLAX f’riħqawwi jew temp aħrax.
Żgura li utent wieħed biss qed jitla’ bejn il-gwidi tal-ħabel.
3.3 IKKONNETTJA S-SLEEVE TAL-ĦABEL LI TISTA’ TINQALA’ MAL-ĦABEL LI JĠORR: Ara Figura 2 għall-identi kazzjoni
tal-komponenti msemmija l-passi li ġejjin:
Pass 1. Ippożizzjona s-sleeve b’tali mod li l-vleġġa li tipponta ’l fuq tas-sleeve (I) tkun qed tipponta lejn id-direzzjoni
tat-tlugħ. (Ara Figura 5)
Pass 2. I ġbed il-pinn tar-rilaxx (G) ’il barra sal-pożizzjoni l-aktar ’il barra possibbli. (Ara Figura 6)
Pass 3. Dawwar il-manku (D) għall-pożizzjoni ’l fuq sħiħa tiegħu. (Ara Figura 7)
Pass 4. Dawwar is-sleeve fuq in-naħa tagħha u daħħal il-ħabel (A) ġos-slott fuq quddiem tas-sleeve. Wara li l-ħabel ikun
ġie installat s-slott, dawwar is-sleeve ’l fuq. Itlaq il-manku (D) biex issakkar is-sleeve fuq
il-ħabel. (Ara Figura 8)
Pass 5. Żgura li l-pinn tar-rilaxx qiegħed l-pożizzjoni msakkra (imbottat ’il ġewwa) qabel l-użu.(Ara Figura 9)
3.4 IKKONNETTJA S-SLEEVE TAL-ĦABEL LI TISTA’ TINQALA’ TA’ CABLOC MAL-IRBIT TAS-SIKUREZZA:
Qabbad il-carabiner fuq is-sleeve (Figura 2, J) mad-D-Ring ta’ quddiem tal-irbit tas-sikurezza għall-ġisem sħiħ (Figura 1,
G) li qiegħed għat-tlugħ ta’ sellum. Id-D-Ring jinsab fuq iċ-ċentru tal-gravità tal-utent u jinsab ċentralment ħdejn l-isternu.
L-irbit tas-sikurezza għall-ġisem sħiħ għandu jiġi aġġustat kif xieraq biex joqgħod kemm jista’ jkun issikkat. Tużahx
jekk ikun maħlul. Jekk l-irbit tas-sikurezza jinħall waqt li tkun tiela’ jew nieżel, aġġustah sew minn pożizzjoni sigura.
Il-konnessjoni bejn is-sleeve u l-irbit tas-sikurezza għall-ġisem kollu tista’ ssir qabel jew wara li s-sleeve tkun ġiet
installata l-ħabel li jġorr.
Meta tkun qed tikkonnettja, żgura li l-bieba tal-carabiner hi kompletament magħluqa u msakkra.

Other manuals for 3M Protecta Cabloc

Related product manuals