EasyManua.ls Logo

3M Protecta Cabloc - Page 129

3M Protecta Cabloc
260 pages
To Next Page IconTo Next Page
To Next Page IconTo Next Page
To Previous Page IconTo Previous Page
To Previous Page IconTo Previous Page
Loading...
129
Uża sistema ta’ protezzjoni kontra waqgħa (eż. lanyard) waqt li tqabbad jew tiskonnettja s-sleeve mal- jew mill-ħabel
li jġorr. Kun ċert li tlesti tqabbad is-sleeve mal-ħabel qabel tneħħi s-sistema ta’ protezzjoni kontra waqgħa sekondarja.
Tużax is-Sleeve tal-Ħabel li Tista’ Tinqala’ ta’ Cabloc bħala tagħmir ta’ ppożizzjonar tax-xogħol. Uża tagħmir ta’
ppożizzjonar tax-xogħol xieraq fejn neċessarju.
L-immaniġġjar tas-sleeve matul it-tlugħ jew l-inżul jesponi lill-ħaddiem għal perikli ta’ waqgħa.
TLUGĦ: Biex titla’ s-sellum itla’ lwaqt li żżomm tliet punti ta’ kuntatt f’kull ħin (b’idejk u saqajk). Is-Sleeve tal-Ħabel li Tista’
Tinqala’ ta’ Cabloc se ssegwi lil persuna li qed titla’. Il-ħabel li jġorr joħroġ mill-gwidi tal-ħabel (Figura 1, D) hekk kif jiltaqgħu.
Timmaniġġjax jew tneħħix is-sleeve mill-ħabel li jġorr meta tgħaddi l-gwidi tal-ħabel jew il-qfula tas-sleeve.
INŻUL: Biex tinżel is-sellum inżel bil-mod lwaqt li żżomm tliet punti ta’ kuntatt f’kull ħin (b’idejk u saqajk). Ħalli lis-
Sleeve tal-Ħabel li Tista’ Tinqala’ ta’ Cabloc “tmexxi” lil persuna li qed tinżel. L-inżul barra mill-pożizzjoni (eż. tistrieħ wisq
lura jew titla’ jew tinżel b’mod erratiku) jista’ jwassal biex is-sleeve tissakkar mal-ħabel li jaqfel. Jekk is-sleeve tissakkar,
itla’ kemm kemm ’il fuq biex is-sleeve ma tibqax imsakkra u mbagħad kompli inżel is-sellum. Erġa’ qabbad il-ħabel li jġorr
mal-gwidi tal-ħabel wara li tgħ
addi kull gwida tal-ħabel. Timmaniġġjax jew tneħħix is-sleeve mill-ħabel li jġorr
meta tgħaddi l-gwidi tal-ħabel jew jekk is-sleeve tissakkar.
Meta t-tlugħ/inżul jitlesta (ara Figura 2):
Pass 1. Neħħi s-sleeve mill-ħabel billi tiġbed il-pinn tar-rilaxx (G).
Pass 2. Mejjel il-manku (D) għall-pożizzjoni ’l fuq sħiħa tiegħu u dawwar is-sleeve skont l-arloġġ.
Pass 3. Is-sleeve issa tista’ titneħħa minn mal-ħabel u tinħażen kif suppost.
4.0 TAĦRIĠ:
4.1 TAĦRIĠ: L-utenti u dawk li jixtru dan it-tagħmir jeħtieġ li jiġu mħarrġa l-ħarsien u l-użu korretti ta’ dan it-tagħmir kif
deskritt d-dettall f’dan il-manwal. Hija r-responsabilità tal-utent u ta’ min jixtri dan it-tagħmir li jiżguraw li huma familjari
ma’ dawn l-istruzzjonijiet, il-karatteristiċi operattivi, il-limitazzjonijiet tal-applikazzjoni, u l-konsegwenzi ta’ użu mhux
xieraq ta’ dan it-tagħmir.
Pass 1. Qabbad is-sleeve ma’ ħabel li jġorr approvat. Uża rbit tas-sikurezza għall-ġisem kollu b’D-Ring fuq quddiem u
qabbad is-Sleeve tal-Ħabel li Tista’ Tinqala’ ta’ Cabloc.
Pass 2. Itla’ s-sellum sa bejn wieħed u ieħor tliet piedi. B’idejk u saqajk fuq l-istruttura tat-tlugħ, ilwi rkopptejk qisek ħa
tpoġġi bilqiegħda malajr biex tagħmel simulazzjoni ta’ waqgħa u tattiva s-sleeve.
Pass 3. Wara li s-sleeve tissakkar, imxi ’l fuq biex is-sleeve ma tibqax imsakkra. Irrepeti Passi 2 u 3 diversi drabi biex
ti amiljarizza ruħek mal-operazzjoni tas-sleeve.
Pass 4. Inżel is-sellum sal-art u skonnettja s-sleeve. Neħħi s-sleeve minn mal-ħabel.
5.0 ISPEZZJONI
5.1 FREKWENZA:
Ara Figura 2 għall-identi kazzjoni tal-komponenti deskritti l-linji gwida li ġejjin:
Qabel Kull Użu: Spezzjona b’għajnejk l-irbit tas-sikurezza għall-ġisem kollu, is-Sleeve tal-Ħabel li Tista’ Tinqala’ ta’ Cabloc,
l-installazzjoni tas-Sistema ta’ Ħabel Vertikali ta’ Cabloc, u s-struttura tas-sellum. Uża l-linji gwida pprovduti f’sezzjoni 5.3
jew 5.5 biex tiċċekkja s-sistema sal-estent possibbli qabel tqabbadha. Iċċekkja t-tikketta tas-sistema (sezzjoni 8) biex
tivveri ka li s-spezzjoni annwali hija aġġornata. Jekk hemm dubju dwar il-kondizzjoni tas-sistema, tużahiex.
Spezzjoni Formali Minn Żmien Għal Żmien: Spezzjoni formali tas-Sleeve tal-Ħabel li Tista’ Tinqala’ ta’ Cabloc,
l-installazzjoni tas-Sistema ta’ Ħabel Vertikali ta’ Cabloc, u l-istruttura tas-sellum jeħtieġ li titwettaq mill-inqas darba
s-sena minn persuna kompetenti
1
li mhix l-utent. Ara Sezzjonijiet 5.3 u 5.4 għad-dettalji speċi ċi tal-ispezzjoni.
Ikteb ir-riżultati -aħħar ta’ dan il-manwal.
Wara Waqgħa mill-Għoli: Wara li sseħħ waqgħa b’Sistema ta’ Ħabel Vertikali ta’ Cabloc, għandha titwettaq spezzjoni
formali tas-sistema kollha minn persuna kompetenti li mhix l-utent. Jeħtieġ li tintuża sistema ta’ protezzjoni
kontra waqgħa separata sakemm is-sistema ta’ Cabloc tkun qed tiġi spezzjonata. Ara sezzjonijiet 5.3, 5.4 u
5.5. Ikteb ir-riżultati tal-ispezzjoni r-Reġistri ta’ Spezzjoni u Manutenzjoni -aħħar ta’ dan il-manwal.
5.2 Jekk l-ispezzjoni tikxef kundizzjoni li hi ta’ periklu jew difettiva, neħħi s-Sleeve tal-Ħabel li Tista’ Tinqala’ ta’ Cabloc
jew is-Sistema ta’ Ħabel Vertikali ta’ Cabloc mis-servizz. Ikkuntattja lil ċentru tas-servizz awtorizzat għat-tiswija jew
eqred is-sleeve. TIPPROVAX TAGĦMEL TISWIJA MHUX AWTORIZZATA. Ikteb ir-riżultati ta’ din l-ispezzjoni r-Reġistru ta’
Spezzjoni u Manutenzjoni f’dan il-manwal.
5.3 LINJI GWIDA TA’ SPEZZJONI - SLEEVE TAL-ĦABEL LI TISTA’ TINQALA’ TA’ CABLOC: Ara Figura 2 għall-
identi kazzjoni tal-komponenti deskritti l-linji gwida li ġejjin:
Spezzjona l-manku/assorbitur tal-enerġija/indikatur ta’ waqgħa (oġġett D) għal liwi, qsim, u diformitajiet. Il-q eli
kollha jridu jkunu mqabbdin b’mod sigur. L-operazzjoni tal-manku u l-kamm trid tkun libera u mingħajr xkiel. Il-molol
iridu jkunu siguri u ta’ biżżejjed saħħa biex jiġbdu l-manku ’l isfel.
Il-manku/assorbitur tal-enerġija/indikatur ta’ waqgħa se jkunu diformati jekk intużaw għal waqfien ta’ waqgħa. Figura
15 turi eżempju ta’ manku/assorbitur tal-enerġija//indikatur ta’ waqgħa li ma ntużawx għal waqfien ta’ waqgħa (1) u
manku/assorbitur tal-enerġija li ntużaw għal waqfien ta’ waqgħa u huma diformati (2). Jekk il-manku/assorbitur
tal-enerġija huwa diformat, TUŻAHX. Is-sleeve għandha titneħħa mis-servizz.
Spezzjona l-pinn tar-rilaxx (oġġett G) għal operat mingħajr xkiel, u żgura li tirritorna lura għall-pożizzjoni msakkra
meta titlaqha.
1 Persuna Kompetenti: Persuna li għandha għar en dwar ir-rekwiżiti, rakkomandazzjonijiet u struzzjonijiet attwali tal-eżaminazzjoni minn żmien għal żmien maħruġa
mill-manifattur li japplikaw għall-komponent, subsistema jew sistema rilevanti.

Other manuals for 3M Protecta Cabloc

Related product manuals