EasyManua.ls Logo

Siemens SIMATIC ET 200eco PN - Page 89

Siemens SIMATIC ET 200eco PN
156 pages
Go to English
To Next Page IconTo Next Page
To Next Page IconTo Next Page
To Previous Page IconTo Previous Page
To Previous Page IconTo Previous Page
Loading...
Sigurtà f'atmosferi fejn hemm riskju ta' splużjoni
Is-sistemi SIMATIC huma xierqa għall-użu f'żoni fejn xi kultant jinħolqu atmosferi fejn hemm riskju ta' splużjonijiet minn gass
(grupp ta' tagħmir II, kat. 3, gassijiet, fwar, rxiex). Għal informazzjoni, restrizzjonijiet u kundizzjonijiet speċjali, jekk jogħġbok
irreferi għall-manwali tas-sistema rispettiva.
Biex tevita l-ħsara, iddetermina post xieraq għall-installazzjoni u agħżel prodotti xierqa. Għal dan, iridu jiġu definiti l-punti li
ġejjin b'mod vinkolanti qabel ma tiġi ppjanata s-sistema ta' awtomazzjoni tiegħek:
Żoni fl-impjant fejn hemm riskju ta' splużjoni
Atmosferi potenzjalment eżistenti
Rekwiżiti rilevanti għall-prodotti
AVVIż
Riskju ta' splużjoni
Jekk ix-xogħol f'żoni b'atmosferi potenzjalment perikolużi ma jitwettaqx b'mod xieraq, tista' sseħħ splużjoni. L-isplużjonijiet
jistgħu jikkawżaw korrimenti serji jew ħsara fis-sistema.
L-ippjanar u l-eżekuzzjoni ta' attivitajiet f'żoni b'atmosferi potenzjalment perikolużi jistgħu jitwettqu biss minn speċjalisti
kwalifikati għax-xogħol rispettiv. F'żoni potenzjalment splussivi, dejjem skonnettja s-sistemaSIMATIC mill-provvista tal-
enerġija qabel tibda x-xogħol.
Tindif
Wara li jiġu konnessi l-wajers, il-prodott joffri tip ta' protezzjoni IP65/IP67 u ma jeħtieġx tindif.
Jekk għal xi raġuni għandek bżonn tnaddaf il-prodott, naddfu b'ċarruta niexfa u nadifa. Jekk se tnaddaf il-prodott b'ċarruta
umda, iżgura li jintlaħqu l-kundizzjonijiet għat-tip ta' protezzjoni IP65/IP67.
Manutenzjoni u tiswijiet
Il-prodott m'għandux bżonn manutenzjoni. Il-prodott jista' jissewwa mill-manifattur biss.
Riċiklaġġ u rimi
Biex it-tagħmir antik tiegħek jintrema u jiġi rriċiklat b'mod li jirrispetta l-ambjent, ikkuntattja kumpanija ċertifikata li
tamministra l-iskart elettroniku mormi. Armi l-prodott skont ir-regolamenti li japplikaw f'pajjiżek.
Aċċessorji
L-informazzjoni dwar l-aċċessorji approvati tinsab fid-dokumentazzjoni
(https://support.industry.siemens.com/cs/ww/en/view/109781058)
90
Struzzjonijiet Kompatti għat-Tħaddim
A5E51784772-AC, 03/2024

Table of Contents

Other manuals for Siemens SIMATIC ET 200eco PN

Related product manuals