Informazzjoni Proprjetarja ta' 3M Touch Systems, Inc.  70 
Kif tikkonnettja t-3M™ Touch Display  
 
1. Itfi s-swiċċ tal-elettriku fuq il-kompjuter tiegħek. Dejjem għandek titfi l-kompjuter qabel tikkonnettja jew tiskonnettja apparat. 
2. Ikkonnettja l-kejbil tal-USB jew tas-Serje (A) mal-port disponibbli fuq il-kompjuter tiegħek u pplaggja t-tarf l-ieħor fin-naħa ta' wara tad-displej.  
3. Ikkonnettja jew il-port tad-displej (B) jew il-kejbil tal-HDMI () jew tad-DVI (D) jew tal-VGA (E) mal-konnettur tal-vidjow fuq id-displej. Ikkonnettja t-
tarf l-ieħor mal-kard tal-vidjow fil-kompjuter tiegħek. 
4. Ikkonnettja l-wajer tal-elettriku mal-konnettur tal-elettriku (F).  Ikkonnettja t-tarf l-ieħor tal-wajer tal-elettriku ma' sors tal-enerġija ertjat kif xieraq. 
 
 
 
Kif timmonta t-3M Touch Display 
Avviż: Dejjem uża t-toqob tal-immuntar meta twaħħal il-brekits jew il-montatura tad-driegħ. Ittaqqabx toqob oħrajn fl-unità. 
 
Opzjoni tal-Immuntar bil-VESA 
Kull displej fiha disinn għall-immuntar tal-VESA fuq wara sabiex tkun tista' timmonta d-driegħ. 
Avviż: Sabiex tevita r-riskju ta' ħsara potenzjali lill-komponenti elettroniċi tad-displej: 
•  Dejjem uża t-toqob tal-immuntar tad-daqs tal-VESA xierqa meta tuża driegħ. (Ara t-tabella għad-daqs tal-VESA korrett.)  Ittaqqabx toqob oħrajn fl-
unità biex timmonta l-pjanċi f'postijiet oħrajn. 
•  Tużax viti li huma itwal minn dawk speċifikati fit-tabella, għaliex dawn jistgħu jagħmlu ħsara lill-komponenti elettroniċi fid-displej. 
•  Jekk tagħżel li tuża montatura tal-VESA jew brekit għall-immuntar mal-ħitan elenkat ma' UL, kun ċert li għandhom kapaċità ta' tagħbija tal-piż xierqa. 
•  Segwi l-istruzzjonijiet tal-manifattur inklużi mal-apparat tal-immuntar biex twaħħal id-displej sew. 
 
 
 
Mudelli tat-
3M™ Touch 
Display 
Daqsijiet tal-
montatura tal-
VESA (MM) 
Daqs u tul 
massimu tal-
vit (MM)