Informazzjoni Proprjetarja ta' 3M Touch Systems, Inc. 71
Opzjoni tal-Immuntar bil-Brekit (Mudelli Chassis Biss)
It-3M Touch Chassis Display jista' jiġi b'kitt tal-aċċessorji biex timmonta l-unità f'interkjusura. Dan il-kitt jinkludi viti u brekits tal-immuntar.
It-toqob tal-immuntar jinsabu fuq 4 naħat tad-displej.
• Dejjem uża l-viti pprovduti.
• Il-brekits jistgħu jitwaħħlu mat-truf tax-chassis.
Kif tittestja t-3M™ Touch Display
Avviż: It-3M Touch Display għandu dawl tal-istat tal-enerġija u kontrolli tal-vidjow.
Qabel tittestja t-touch display, kun ċert li l-kejbils kollha huma konnessi sew. Ara li tissikka l-viti kollha tal-kejbils. Wara l-konnessjoni, ixgħel is-swiċċ
tal-enerġija li jinsab fuq in-naħa ta' wara tad-displej.
Sabiex tara jekk id-displej huwiex qed jaħdem sew:
1. Ixgħel il-kompjuter tiegħek.
2. Ara li tintwera l-immaġni tal-vidjow. Jekk le, ikkontrolla l-LED biex tara li d-displej mhuwiex fil-modalità tal-iffrankar tal-enerġija (oranġjo).
3. Kun ċert li l-immaġni tal-vidjow hija fin-nofs tal-iskrin. Uża l-kontrolli tad-displej biex taġġusta l-immaġni jekk hemm bżonn. Tista' taġġusta l-
pożizzjoni orizzontali u vertikali, il-kuntrast u l-luminożità biex tadatta aħjar il-kard tal-vidjow u l-preferenzi personali tiegħek.
Għal informazzjoni dettaljata dwar il-funzjonalità tad-displej, l-operat, jew il-komunikazzjonijiet tal-kontrollur, irreferi għall-Gwida għall-Utenti li tinsab
fuq www.3M.co.uk/TouchUserGuides.
Kif tinstalla t-Touch Software
Jista' jkun meħtieġ drajver tat-3M MicroTouch™ MT 7 sabiex tħaddem id-displej. Ara t-tabella hawn taħt sabiex tiddetermina jekk dan huwiex meħtieġ
fuq il-bażi tal-prodott u s-sistema operattiva tiegħek. Irreferi għall-MT7 Software User Guide għall-istruzzjonijiet kollha. Dawn id-drajvers u d-
dokumentazzjoni teknika rilevanti jistgħu jinstabu fuq is-CD mehmuża ta' 3M Touch Solutions CD (31197) u huma disponibbli wkoll biex tniżżilhom mis-
sit web tagħna fuq www.3M.com/touch. Wara li tinstalla s-softwer, erġa' rristartja l-kompjuter tiegħek biex ittella' u tattiva d-drajver tat-touch sensor.
Multi-Touch Displays
M1866PW, M2167PW, C2167PW, M2467PW,
M2767PW, C3266PW, C4267PW, C4667PW,
C5567PW, C6587PW
Windows 7 għandu appoġġ tal-multi-touch
inkorporat jekk tuża l-interfejs USB HID.
Single Touch Displays
M1500SS, M1700SS, C1500SS, C2234SW
Ikkuntattja lil 3M Touch Systems
3M Touch Systems, Inc. tipprovdi servizzi ta' appoġġ estensivi permezz tal-websajt u l-organizzazzjoni ta' appoġġ tekniku tagħna. Żur il-websajt ta'
3M Touch Systems fuq www.3M.com/touch, fejn tista' tniżżel is-softwer u d-drajvers ta' MT 7, tikseb regolarment dokumentazzjoni teknika aġġornata
dwar il-prodotti ta' 3M Touch Systems u titgħallem iżjed dwar il-kumpanija tagħna.
Tista' tikkuntattja lill-Appoġġ Tekniku ta' 3M Touch Systems, Inc. (US biss – Ħin Standard tal-Lvant) billi ċċempel il-hot line, tibgħat email jew faks.
• Hot Line tal-Appoġġ Tekniku: 978-659-9200
• Faks tal-Appoġġ Tekniku: 978-659-9400
• Mingħajr Ħlas: 1-866-407-6666 (Għażla 3)
• Email: US-TS-techsupport@mmm.com