EasyManuals Logo

3M C3266PW Quick Start Guide

3M C3266PW
106 pages
To Next Page IconTo Next Page
To Next Page IconTo Next Page
To Previous Page IconTo Previous Page
To Previous Page IconTo Previous Page
Page #74 background imageLoading...
Page #74 background image
Informazzjoni Proprjetarja ta' 3M Touch Systems, Inc. 72
Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà: L-informazzjoni f'dan id-dokument hija soġġetta għal tibdil mingħajr
preavviż. L-ebda parti ta' dan id-dokument ma tista' tiġi riprodotta jew trażmessa fi kwalunkwe forma jew permezz ta'
kwalunkwe mezz, elettroniku jew mekkaniku, għal kwalunkwe skop, mingħajr il-permess espress bil-mitkub ta' 3M Touch
Systems, Inc. 3M jista' jkollha privattivi jew applikazzjonijiet ta' privattivi pendenti, marki kummerċjali, drittijiet tal-awtur,
jew drittijiet ta' proprjetà intellettwali oħrajn li jkopru l-kontenut f'dan id-dokument. L-għoti ta' dan id-dokument ma
jagħtikx il-liċenzja għal dawn il-privattivi, marki kummerċjali, drittijiet tal-awtur jew drittijiet ta' proprjetà intellettwali
oħrajn minbarra kif ipprovdut espressament fi kwalunkwe ftehim ta' liċenzja bil-miktub minn 3M Touch Systems, Inc.
L-informazzjoni pprovduta f'dan id-dokument hija maħsuba bħala gwida biss. Għall-aħħar speċifikazzjonijiet tal-inġinerija
dettaljati, jekk jogħġbok ikkuntattja l-Inġinier tal-Applikazzjoni tiegħek ta' 3M Touch Systems, Inc. 3M Touch Systems,
Inc. hija impenjata biex ittejjeb kontinwament id-disinji tal-prodotti tagħha. Bħala riżultat, l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti
jistgħu jkunu soġġetti għal tibdil mingħajr preavviż.
"Konformi mal-RoHS 2011/65/UE" tfisser li l-prodott jew parti ma fihiex sustanzi li jabżu l-valuri massimi ta'
konċentrazzjoni (maximum concentration values - “MCVs”) fid-Direttiva tal-RoHS tal-UE 2011/65/UE, sakemm is-
sustanza mhijiex applikazzjoni li hija eżenti taħt l-UE RoHS. Il-MCVs huma skont il-piż f'materjali omoġenji. Din l-
informazzjoni tirrappreżenta l-għarfien u t-twemmin ta' 3M, li jistgħu jkunu bbażati kollha kemm huma jew parti minnhom
fuq l-informazzjoni pprovduta minn fornituri terzi lil 3M.
AVVIŻ: Minħabba l-varjetà ta' fatturi li jistgħu jaffettwaw l-użu u l-prestazzjoni ta' prodott ta' 3M Touch Systems, Inc. (il-
"Prodott"), inkluż li t-tagħmir fi stat solidu għandu karatteristiċi tal-operat differenti minn tagħmir elettromekkaniku, li uħud
mill-fatturi tiegħu huma unikament fl-għarfien u l-kontroll tal-Utent, huwa essenzjali li l-Utent jevalwa l-Prodott u s-softwer
ta' 3M Touch Systems, Inc. biex jiddetermina jekk huwiex adattat għall-iskop partikolari tal-Utent u adattat għall-metodu ta'
applikazzjoni tal-Utent. Id-dikjarazzjonijiet, l-informazzjoni tal-inġinerija/teknika u r-rakkomandazzjonijiet ta' 3M Touch
Systems, Inc. huma pprovduti għall-konvenjenza tal-Utent, iżda l-akkuratezza jew il-kompletezza tagħhom mhijiex
iggarantita. Il-prodotti u s-softwer ta' 3M Touch Systems, Inc. mhumiex iddisinjat speċifikament għall-użu f'apparat mediku
kif iddefinit mil-liġi federali tal-Istati Uniti. Il-prodotti u s-softwer ta' 3M Touch Systems, Inc. ma għandhomx jintużaw
f'tali applikazzjonijiet mingħajr il-kunsens espress bil-miktub ta' 3M Touch Systems, Inc. L-utent għandu jikkuntattja r-
rappreżentant tal-bejgħ tiegħu jekk l-opportunità tal-Utent tinvolvi l-applikazzjoni ta' apparat mediku
Avviż importanti għax-xerrej: L-ispeċifikazzjonijiet huma soġġetti għal tibdil mingħajr preavviż. Dawn il-Prodotti u
softwer ta' 3M Touch Systems, Inc. huma ggarantiti li jilħqu l-ispeċifikazzjonijiet ippubblikati tagħhom mid-data tad-
dispaċċ u għall-perjodu ddikjarat fl-ispeċifikazzjoni. 3M Touch Systems, Inc. ma tagħti l-ebda garanzija addizzjonali,
espressa jew impliċita, li jinkludu iżda mhumiex limitati għal kwalunkwe garanziji impliċiti ta' kummerċjabilità jew
idonjetà għal skop partikolari. L-utent huwa responsabbli biex jiddetermina jekk il-Prodotti u softwer ta' 3M Touch
Systems, Inc. humiex idoneji għall-iskop partikolari tal-Utent u humiex adattati għall-metodu ta' produzzjoni tiegħu, inkluża
r-responsabblità tal-proprjetà intellettwali għall-applikazzjoni tal-Utent. Jekk il-Prodott, softwer jew midja tas-softwer
tintwera li ma tissodisfax il-garanzija ta' 3M Touch Systems, Inc., l-uniku obbligu ta' 3M Touch Systems, Inc. u r-rimedju
esklussiv tal-Utent u x-Xerrej ser ikunu, għad-diskrezzjoni ta' 3M Touch Systems, Inc., it-tiswija jew is-sostituzzjoni tal-
kwantità tal-Prodott jew il-midja tas-softwer jew ir-rimborż tal-prezz tax-xiri. 3M Touch Systems, Inc. ma għandha l-ebda
obbligu taħt il-garanzija ta' 3M Touch Systems, Inc. għal kwalunkwe Prodott, softwer jew midja ta' softwer li jkun ġie
mmodifikat jew li jiġrilu l-ħsara minħabba użu ħażin, inċident, negliġenza jew operazzjonijiet jew assemblaġġi sussegwenti
tal-manifattura minn kwalunkwe persuna minbarra 3M Touch Systems, Inc. 3M Touch Systems, Inc. ma għandhiex
tinżamm responsabbli fi kwalunkwe azzjoni kontra tagħha fi kwalunkwe mod relatat mal-Prodotti jew softwer għal
kwalunkwe telf jew ħsara, kemm jekk dirett u mhux speċifikat, indirett, speċjali, inċidentali jew konsegwenzjali (li jinkludu
żmien ta' waqfien, telf ta' profitti jew avvjament) irrispettivament mit-teorija legali affermata.
© 3M 2016 Id-drittijiet kollha riżervati.
Titolu tad-Dokument: Gwida Rapida Introduttiva għal 3M™ Touch Display
Numru tad-Dokument: TSD-48055, Reviżjoni E
3M uMicroTouch huma marki kummerċjali ta' 3M fl-Istati Uniti u/jew pajjiżi oħrajn
Il-marki kummerċjali l-oħrajn kollha huma l-proprjetà tas-sidien rispettivi tagħhom.

Other manuals for 3M C3266PW

Questions and Answers:

Question and Answer IconNeed help?

Do you have a question about the 3M C3266PW and is the answer not in the manual?

3M C3266PW Specifications

General IconGeneral
Brand3M
ModelC3266PW
CategoryMonitor
LanguageEnglish

Related product manuals