Malti A5E02913274-01 Malti
8F-DI Ex NAMUR, 6ES7138-7FN00-0AB0
Fuljett b’Tagħrif dwar il-Prodott
Dan il-fuljett b’tagħrif dwar il-prodott fih informazzjoni
importanti fuq is-submodule elettroniku 8F-DI Ex NAMUR.
Karatteristiċi
Dan is-submodule elettroniku jintuża għall-evalwazzjoni
tas-sensors NAMUR; l-evalwazzjoni ta’ kuntatti mekkaniċi
sswiċċjati jew mhux isswiċċjati.
Is-submodule elettroniku jiġi pplaggjat fit-terminal
submodule TM-IM/EM jew TM-EM/EM.
Tagħrif addizzjonali
Aktar tagħrif fuq is-submodule elettroniku jinsab fil-manwal
ET 200iSP - Fail-Safe Modules.
Informazzjoni dwar is-sistema ET 200iSP u dwar l-użu f’żoni
perikolużi tinsab fil-manwal ta’ ET 200iSP.
Dan il-manwal jinkiseb bla ħlas fuq l-Internet minn:
http://www.siemens.com/automation/service&support
Manutenzjoni
Is-submodule elettroniku m’għandux bżonn ta’ manutenzjoni.
F’każ li jkun hemm bżonn ta’ tiswija, is-submodule elettroniku
għandu jintbagħat f’dan l-indirizz:
Siemens AG, Elektronikwerk,
Östliche Rheinbrückenstr. 50, D-76187 Karlsruhe
It-tiswijiet jistgħu jsiru biss mill-manifattur.