EasyManua.ls Logo

Siemens 8F-DI Ex NAMUR - Page 84

Siemens 8F-DI Ex NAMUR
116 pages
Go to English
To Next Page IconTo Next Page
To Next Page IconTo Next Page
To Previous Page IconTo Previous Page
To Previous Page IconTo Previous Page
Loading...
Malti A5E02913274-01 Malti
Muntaġġ
Iċċekkja li submodule elettroniku ma jkunx fiha ħsara.
Ikkonnettja biss submodules elettroniċi mingħajr ħsara
mat-terminal module.
L-ewwel darba li ddaħħal submodule elettroniku, l-elementi
tal-coding fuq it-terminal submodule ser jikklikkjaw fil-post
(self-coded u type-coded). Dan jevita li ma tiddaħħalx
submodule mhux korretta. Dan il-coding mekkaniku ma
jistax jinbidel.
F’Żona 1 u Żona 2, is-submodules elettroniċi jistgħu
jiddaħħlu u jinqalgħu waqt it-tħaddim. Il-kaxxa (Ex e / IP
54) li fiha jkun l-ET 200iSP tista’ tinfetaħ biss għal żmien
qasir għal dan l-iskop.
Meta tkun tikkonfigura l-ET 200iSP, trid tikkunsidra n-
numru permessibbli ta’ submodules elettroniċi (ara l-
manwal ta’ ET 200iSP, kapitlu 3.6). Informazzjoni dwar il-
konsum funzjonali tal-provvista tad-dawl għal dan hi
pprovduta f’ET 200iSP - Fail-Safe Modules.
Ikkummissjonar
Ir-regolamenti nazzjonali rilevanti jridu jiġu osservati meta
jsir l-ikkummissjonar tas-sistema.
Meta tkun qiegħed tiċċekkja l-funzjonalità tat-tagħmir,
osserva l-linji gwida ta’ EN 60 079-17. Dan l-istandard
jinkludi r-regolamenti li jinsabu fl-istandard internazzjonali
IEC 60 079-17.

Related product manuals