EasyManua.ls Logo

Siemens Simatic S7-1500 / ET 200MP - Page 77

Siemens Simatic S7-1500 / ET 200MP
129 pages
Go to English
To Next Page IconTo Next Page
To Next Page IconTo Next Page
To Previous Page IconTo Previous Page
To Previous Page IconTo Previous Page
Loading...
AVVIż
Vultaġġ funzjonali baxx ħafna u sigur
Il-prodott għandu jitħaddem b'vultaġġ funzjonali baxx ħafna u sigur (SELV, PELV). Għal aktar informazzjoni dwar il-funzjonali
baxx ħafna u sigur, jekk jogħġbok ikkonsulta d-dokumentazzjoni
(https://support.industry.siemens.com/cs/ww/en/view/86140384) tal-FI/O u l-iskedi tad-dejta tal-provvisti tal-enerġija li se
jintużaw.
Uża unità ta' provvista ta' enerġija li ma tipprovdix vultaġġ tal-ħruġ ta' aktar minn 36VDC anke fil-każ ta' ħsara.
Segwi l-istruzzjonijiet u t-twissijiet fil-manwal rilevanti.
PRUDENZA
Il-modulu ta' sinkronizzazzjoni fih sistema tal-lejżer u huwa klassifikat bħala "CLASS 1 LASER PRODUCT" skont l-IEC
60825-1.
Jista' jseħħ korriment.
Evita li r-raġġ tal-lejżer jolqot l-għajnejn. Tiftaħx l-ilqugħ. Osserva l-informazzjoni fid-dokumentazzjoni
(https://support.industry.siemens.com/cs/ww/en/view/86140384).
AVVIż
Korrimenti ta' nies minn movimenti mhux ikkontrollati
Meta jintuża l-motion control, jistgħu jseħħu movimenti mhux ikkontrollati li jirriżultaw f'korrimenti ta' grad li ma jistax jiġi
ddeterminat minn qabel.
Segwi n-noti ta' sigurtà deskritti fil-manwali tal-funzjonijiet tal-motion control
(https://support.industry.siemens.com/cs/ww/en/view/86140384).
Kompatibbiltà elettromanjetika
Is-prodott hu maħsub għall-użu fil-klassi ambjentali tal-EMC għall-industrija.
Iżgura li s-sistema ta' awtomazzjoni tiegħek tikkonforma mar-rekwiżiti dwar l-EMC kif deskritt fid-dokumentazzjoni
(https://support.industry.siemens.com/cs/ww/en/view/86140384) tal-prodott.
TWISSIJA
Emissjoni ta' interferenza/immunità ta' interferenza
It-tħaddim tal-prodott jista' jikkawża interferenza tar-radju f'żoni residenzjali.
Jekk huwa mistenni li fil-post tal-użu jkun hemm interferenza EMC ogħla milli huwa intiż fl-EN61000-6-2 għas-settur
industrijali, għandhom jittieħdu miżuri addizzjonali (bħal ESD, protezzjoni minn qbiż fil-vultaġġ).
Tagħmir ATEX/UKEX maħsub għall-użu f'atmosferi potenzjalment esplużivi
Jekk il-prodott huwa maħsub għall-użu f'żoni potenzjalment esplużivi (taħlita ta' gass u arja jew gass u trab), osserva l-
informazzjoni speċifika fid-dokumentazzjoni (https://support.industry.siemens.com/cs/ww/en/view/86140384). L-użu
maħsub (pereżempju ż-żona ATEX, il-grad ta' protezzjoni, il-klassi tat-temperatura) huwa speċifikat fuq il-prodott (fid-
dikjarazzjoni ta' konformità u ġeneralment ukoll fuq il-pjanċa ta' identifikazzjoni).
NOTA
Bħala regola, meta jintuża prodott f'żona potenzjalment esplużiva, l-operatur għandu josserva wkoll ir-rekwiżiti speċifiċi għall-
pajjiż (pereżempju d-Direttiva 1999/92/KE fil-każ tal-UE).
77
Struzzjonijiet Kompatti għat-Tħaddim
A5E51692496-AC, 06/2023

Other manuals for Siemens Simatic S7-1500 / ET 200MP

Related product manuals