EasyManua.ls Logo

Siemens Simatic S7-1500 / ET 200MP - Noti Ta Sigurtà

Siemens Simatic S7-1500 / ET 200MP
129 pages
Go to English
To Next Page IconTo Next Page
To Next Page IconTo Next Page
To Previous Page IconTo Previous Page
To Previous Page IconTo Previous Page
Loading...
Il-każijiet ta' applikazzjoni biex tinkiseb il-klassi ta' sigurtà meħtieġa (SIL) jinstabu fid-dokumentazzjoni
(https://support.industry.siemens.com/cs/ww/en/view/86140384).
AVVIż
Iċċekkjar tal-istatus tal-firmwer għall-ammissibbiltà F
Meta tuża verżjoni tal-firmwer ġdida, iċċekkja jekk il-verżjoni tal-firmwer hijiex approvata għat-tagħmir rispettiv.
Fl-appendiċi taċ-ċertifikat (https://support.automation.siemens.com/WW/view/en/49368678/134200) għal SIMATIC Safety
ssib informazzjoni dwar liema verżjoni tal-firmwer hija permessa.
Iżgura li l-kapaċità F hija attivata għall-F-CPUs.
Fil-każ ta' FI/O, l-indirizz tal-PROFIsafe għandu jiġi ssettjat jew assenjat.
Wettaq testijiet funzjonali għall-funzjonijiet ta' sigurtà skont il-kompitu ta' awtomazzjoni tiegħek. Dawn jistgħu jintużaw biss
b'mod produttiv ladarba tkun ġiet żgurata s-sekwenza korretta tal-funzjonijiet rilevanti għas-sigurtà.
2 Noti ta' sigurtà
Siemens toffri prodotti u soluzzjonijiet b'funzjonijiet ta' sigurtà industrijali li jikkontribwixxu għat-tħaddim sigur ta' impjanti,
sistemi, magni u netwerks.
Sabiex jiġu protetti l-impjanti, is-sistemi, il-magni u n-netwerks kontra t-theddid ċibernetiku, huwa meħtieġ li jiġi implimentat
(u jiġi aġġornat kontinwament) kunċett komprensiv ta' sigurtà industrijali tal-aħħar teknoloġija. Il-prodotti u s-soluzzjonijiet ta'
Siemens jiffurmaw parti minn kunċett bħal dan.
Ir-responsabbiltà għall-prevenzjoni ta' aċċess mhux awtorizzat fl-impjanti, is-sistemi, il-magni u n-netwerks hija tal-klijenti.
Dawn is-sistemi, il-magni u l-komponenti għandhom jitqabbdu man-netwerk tal-kumpanija jew mal-Internet biss jekk u sal-
punt li dan ikun meħtieġ u dejjem jekk jittieħdu miżuri protettivi xierqa (eż. firewalls u/jew segmentazzjoni tan-netwerk).
Għal aktar informazzjoni dwar il-miżuri protettivi li jistgħu jittieħdu fil-qasam tas-sigurtà industrijali żur hawn
(https://www.siemens.com/industrialsecurity).
Il-prodotti u s-soluzzjonijiet ta' Siemens jiġu żviluppati kontinwament biex isiru saħansitra aktar siguri. Siemens tirrakkomanda
espressament li tinstalla l-aġġornamenti tal-prodott malli jkunu disponibbli u li tuża biss il-verżjonijiet l-aktar reċenti tal-
prodott. L-użu ta' verżjonijiet skaduti jew mhux appoġġati jista' jżid ir-riskju ta' theddid ċibernetiku.
Għal informazzjoni kontinwa dwar l-aġġornamenti tal-prodotti, irreġistra mal-RSS feed ta' Siemens Industrial Security hawn
(https://www.siemens.com/cert).
Ditti
L-ismijiet kollha identifikati b’® huma marki reġistrati ta’ SiemensAG. Kull marka reġistrata oħra użata f’din il-pubblikazzjoni
tista’ tkun dik li l-użu tagħha minn terzi għall-iskopijiet tagħhom tista’ tkisser id-drittijiet tad-detenturi tagħhom.
Ċaħda tal-obbligazzjonijiet
Aħna ċċekkjajna li l-kontenut ta’ dan id-dokument jikkorispondi mal-hardwer u s-softwer deskritt. Madankollu, ma nistgħux
nieħdu responsabilità għal kull devjazzjoni li jista’ jkun hemm. It-tagħrif f’dan id-dokument jiġi vverifikat b’mod regolari u kull
korrezzjoni meħtiġa tiġi inkluża f’edizzjonijiet sussegwenti.
Siemens AG
Digital Industries
Postfach 48 48
90026 NÜRNBERG
ĠERMANJA
A5E51692496-AC
Ⓟ 07/2023 Suġġett għal bidla
Copyright © SiemensAG 2022 - 2023.
Id-drittijiet kollha riżervati
79
Struzzjonijiet Kompatti għat-Tħaddim
A5E51692496-AC, 06/2023

Other manuals for Siemens Simatic S7-1500 / ET 200MP

Related product manuals