EasyManua.ls Logo

MTD GCS 50/45 - TRADOTTI MILL-ISTRUZZJONIJIET ORIĠINALI 1. Introduzzjoni; Prekawzjonijiet Fundamentali Ta Sigurtà

MTD GCS 50/45
Print Icon
To Next Page IconTo Next Page
To Next Page IconTo Next Page
To Previous Page IconTo Previous Page
To Previous Page IconTo Previous Page
Loading...
310
MALTI
STRUZZJONI MANWAL LUPA
MT
1. INTRODUZZJONI
Il-LUPA tiegħek inbniet f’konformità mar-regoli
ta’ sigurtà fis-seħħ li jħarsu l-konsumatur.
F’dan il-manwal għandek issib deskrizzjoni u
illustrazzjonijiet tas-sigurtà, l-armar, l-użu u l-in-
terventi ta’ manutenzjoni meħtieġa biex il-LUPA
tiegħek tibqa’ effiċjenti.
GĦALL-ĦEFFA TAL-QARI
L-illustrazzjonijiet li jikkorrispondu mal-armar u
mad-deskrizzjoni tal-magna jinsabu fil-bidu ta’
dan il-ktejjeb.
Ikkonsulta dawn il-paġni waqt il-qari tal-istruz-
zjonijiet dwar l-armar u l-użu.
Fil-każ li l-LUPA tiegħek jeħtiġilha assistenza
jew tiswija, nitolbuk tikkuntattja lill-aġent tagħna
jew ċentru ta’ assistenza awtorizzat.
2. PREKAWZJONIJIET FUNDAMEN-
TALI TA SIGURTÀ
REGOLAMENTI ĠENERALI TA
SIGURTÀ
IL-PITTOGRAMMI RAPPREŻENTATI
FUQ IL-MAGNA HUMA SPJEGATI
F’DAN IL-MANWAL TA TWISSIJA:
A1 - In-nuqqas ta’ osservanza tar-
regoli u t-twissijiet fl-użu tal-LUPA jista’
jikkawża danni serji lill-persuni kif ukoll
perikli mortali.
A2 - Kull min juża jew b’xi mod jixgħel
il-LUPA l-ewwel irid jaqra sew il-man-
wal tal-istruzzjonijiet u manutenzjoni u
jsir midħla tal-kmandi biex juża tajjeb
it-tagħmir.
A2.1 - Żomm dan il-manwal biex tkun
tista’ tikkonsultah fil-futur.
A3 - Qatt m’għandek tippermetti li l-
LUPA tintuża minn tfal jew minn per-
suni li m’għandhomx għarfien sħiħ ta’
dawn l-istruzzjonijiet.
PERIKLU:
A4 - Tixgħelx u tużax it-tagħmir qrib
persuni (speċjalment tfal) jew annimali.
Matul it-tħaddim għandha tinżamm dis-
tanza minima ta’ 10 m bejn il-magna u
persuni oħra.
A5 - Għandha tingħata attenzjoni kbira
għal perikli possibbli li ma jistgħux
jinstemgħu minħabba l-istorbju tat-
tagħmir.
A6 - Elimina kull periklu miz-zona tal-
ħidma u ara li ma jkunx hemm perikli
bħal siġar f’pożizzjonijiet perikolużi, to-
roq, ferroviji, wajers tal-elettriku.
A7 - L-operatur huwa responsab-
bli f’każijiet ta’ inċidenti jew perikli
kkaġunati lil persuni oħra jew lill-prop-
jetà tagħ
hom.
A8 - Din il-LUPA għandha tintuża biss
għall-qtugħ tal-injam.
M’għandhiex tintuża għal skopijiet
oħra.
A9 - Ilbes ilbies u tagħmir ta’ sigurtà
adattat għall-użu tal-LUPA.
Matul l-użu ilbes ilbies issikkat u mhux
wiesa’. Tilbisx oġġetti li jistgħu jinqabdu
mal-partijiet li jkunu qed jiċċaqalqu.
A10 - Ilbes nuċċali ta’ protezzjoni jew
gogils approvati.
A10.1 - Ilbes protezzjoni għall-widnejn
minħabba l-ħsejjes, approvata.
A10.2 - Ilbes elmu ta’ protezzjoni ap-
provat f’każ ta’ riskju minn oġġetti li
jaqgħu.
A11 - Ilbes żarbun ta’ sigurtà approvat
b’qiegħ ma jiżloqx.
A12 - Ilbes ingwanti ta’ sigurtà appro-
vati.
A13 - Min juża l-LUPA jrid ikun
f’kundizzjoni psikofiżika tajba. TUŻAX
it-tagħmir jekk inti għajjien, tħossok ma
tiflaħx jew inti taħt l-effett ta’ mediċini li
jnaqqsu l-ħeffa tar-riflessi, ta’ alkoħol u
ta’ drogi.

Table of Contents

Related product manuals