EasyManua.ls Logo

Siemens 4AI I 4WIRE HART - Page 83

Siemens 4AI I 4WIRE HART
116 pages
Go to English
To Next Page IconTo Next Page
To Next Page IconTo Next Page
To Previous Page IconTo Previous Page
To Previous Page IconTo Previous Page
Loading...
Malti A5E00308246-05 Malti
Wajering tat-Terminal Module TM-IM/EM, TM-EM/EM
Meta tkun qed tqiegħed il-kejbil u tiwwajerja, imxi mar-
regolamenti ta‘ installazzjoni skond EN 60 079-14, kif ukoll
mar-regolamenti speċifiċi għall-pajjiż.
Meta tkun qiegħed tiwwajerja, oqgħod attent li tifred sew
wajers li huma minnhom innifishom żguri minn ma' dawk li
m'humiex. Għandhom jitqiegħdu ġewwa kanali separati.
Iċ-ċirkwiti tal-module elettroniku li huma minnhom
innifishom żguri għandhom jiġu mgħoddija flimkien u
maqtugħin mill-ert. Imxi mar-regolamenti ta‘ installazzjoni
skond EN 60 079-14.
Mat-terminal module tista' tqabbad sensors / HART field
devices miż-żona 0, żona 1, żona 2 kif ukoll miż-żona 20,
żona 21, żona 22 u miż-żona ż-żgura. Tagħrif fuq l-
assenjar tal-pinnijiet għall-konnessjonijiet jinstab fil-manwal
ET 200iSP Distributed I/O (Device Periferali Deċentralizzat
ET 200iSP).
L-ispeċifikazzjonijiet ta' sigurtà (l-ogħla valuri) tas-sensors /
HART field devices iridu jaqblu ma' l-ogħla valuri rispettivi
tal-module elettroniku. Issib l-ogħla valuri għas-sensors /
actuators fiċ-ċertifikati Ex rispettivi. Skond EN 60 079-14
japplika:
U
0
U
i
; I
0
I
i
; P
0
P
i
; C
0
C
i
+ C
wajer
; L
0
L
i
+ L
wajer
Meta tqabbad sa 4 sensors mal-module elettroniku,
għandek torbot il-minus terminals (għat-tiqjis) tas-sensors
ma’ xulxin jew torbot kull wieħed minnhom ma’ PA
permezz ta’ wajers. Il-wajering iridu ikun magħmul b’tali
mod illi huwa diffiċli li jinqata’ bi żball.
Meta tqabbad sa 2 sensors mal-kanal 0 u l-kanal 2 (kanal
1 u 3 mhux imqabbdin), m’għandekx għalfejn tieħu aktar
passi.

Related product manuals