EasyManua.ls Logo

3M M1500SS - Indikaturi Tas-Servisjar U Tat-Tiswija; Noti Importanti

3M M1500SS
556 pages
To Next Page IconTo Next Page
To Next Page IconTo Next Page
To Previous Page IconTo Previous Page
To Previous Page IconTo Previous Page
Loading...
Gwida għall-Utent għal 3M™ MicroTouch™ Display M1500SS 365
Informazzjoni Proprjetarja ta' 3M Touch Systems, Inc.
Użu Maħsub
It-3M™ Touch Systems Touch Displays huma ddisinjati għall-input bil-mess u ttestjati
biex jissostitwixxu displej eżistenti. Dawn id-displejs huma maħsuba għal installazzjoni
professjonali u biex jintużaw f'ambjent ta' ġewwa. Dawn mhumiex maħsuba jew
ittestjati biex jintużaw f'postijiet perikolużi. L-użu fi kwalunkwe applikazzjoni oħra ma
ġiex evalwat minn 3M u jista' jwassal għal nuqqas ta' sigurtà.
Noti Importanti
Ipplaggja l-wajer tal-elettriku f'sors tal-elettriku xieraq.
Ipplaggja l-wajer tal-elettriku f'reċipjent ertjat.
Meta taqla' l-wajer tal-elettriku, iġbed mill-plakka, mhux mill-wajer.
Tikkonnettjax jew tiskonnettja dan il-prodott matul maltempata bir-ragħad jew
sajjetti.
Installa d-displej f'żona ventilata sew. Dejjem żomm ventilazzjoni tajba sabiex tevita
li d-displej jisħon iżżejjed u tiżgura li jaħdem b'mod affidabbli u kontinwu.
Tesponix dan id-displej għas-sħana. Is-sħana passiva tista' tikkawża ħsara lill-kaxxa
u partijiet oħrajn.
Tinstallax dan id-displej f'żoni fejn jistgħu jiġu ġġenerati vibrazzjonijiet estremi.
Pereżempju, tagħmir tal-manifattura li jinstab fil-viċinanzi jista' jipproduċi
vibrazzjonijiet qawwijin. Il-vibrazzjonijiet jistgħu jikkawżaw id-displej biex juri
stampa skulurita jew kwalità tal-vidjow bagħtuta.
Ara li l-metall ma jmissx it-touch sensor.
Sabiex tevita kwistjonijiet ergonomiċi:
Tinstallax id-displej b'mod jew f'post b'aċċessibbiltà diffiċli.
L-u fit-tul jista' jirriżulta f'tensjoni fil-muskoli, l-għeruq jew minħabba qagħda
fissa. Huwa rakkomandat li tieħu pawżi regolari mill-użu kontinwu.
Indikaturi tas-Servisjar u tat-Tiswija
Tippruvax twettaq servisjar tal-unità inti stess. Jekk tneħħi l-kaver tad-displej tista'
tesponi lilek innifsek għal vultaġġ perikoluż jew riskji oħrajn u dan ser iħassar il-
garanzija.
Aqla' l-plakka tad-displej mill-iżbokk tal-elettriku u rreferi għal personal kwalifikat għas-
servisjar fil-każ li:
Jinxtered xi likwidu fil-prodott jew il-prodott ikun espost għax-xita jew l-ilma.
Il-prodott ma jaħdimx sew jekk l-istruzzjonijiet tal-operat ma jiġux segwiti.
Il-prodott twaqqa' jew il-kaxxa tal-metall saritilha l-ħsara.
Il-prodott juri bidla distinta fil-prestazzjoni, li juri l-ħtieġa għal servisjar.
Il-wajer tal-elettriku jew il-plakka għandhom il-ħsara jew imżarrtin.

Table of Contents

Other manuals for 3M M1500SS

Related product manuals