EasyManua.ls Logo

3M M1500SS - Kapitolu 1; Kif Tissettja L-M1500 SS Display Tiegħek; Kif Tispakkja T-Touch Display Tiegħek; Rekwiżiti Tas-Sistema

3M M1500SS
556 pages
To Next Page IconTo Next Page
To Next Page IconTo Next Page
To Previous Page IconTo Previous Page
To Previous Page IconTo Previous Page
Loading...
Gwida għall-Utent għal 3M™ MicroTouch™ Display M1500SS 367
Informazzjoni Proprjetarja ta' 3M Touch Systems, Inc.
KAPITOLU 1
Kif Tissettja l-M1500SS Display Tiegħek
Rekwiżiti tas-Sistema
L-M1500SS Display jeħtieġ kompjuter personali (PC).
Ir-rekwiżiti għall-PC tiegħek huma dawk li ġejjin:
Il-PC tiegħek irid ikollu port tal-komunikazzjoni tas-serje (COM) RS-232 jew port
tal-USB. Ikkonnettja t-touch sensor ma' dan il-port.
Il-PC tiegħek irid ikollu kard tal-vidjow u drajver tal-vidjow installati diġà għad-
displej. Jekk trid tinstalla kard tal-vidjow jew drajver tal-vidjow, irreferi għad-
dokumentazzjoni tal-kompjuter tiegħek għall-istruzzjonijiet.
Il-PC tiegħek irid ikollu unique interrupt request (IRQ) disponibbli għall-port tal-
COM tat-touch sensor. It-touch sensor ma jistax jikkondividi IRQ ma' apparat ieħor.
Meta tagħżel l-ispazju tax-xogħol tiegħek, agħżel wiċċ sodd u invellat. Barra minn hekk,
ara li tista' taċċessa faċilment in-naħa ta' wara tad-displej u l-kompjuter. L-aċċess faċli
jgħin jiżgura installazzjoni mingħajr xkiel tat-touch display.
Avviż: Qabel tikkonfigura l-M1500SS Display, irreferi għat-taqsima Informazzjoni
Importanti dwar is-Sikurezza fil-bidu ta' dan id-dokument.
Kif Tispakkja t-Touch Display Tiegħek
Spakkja b'attenzjoni l-kaxxa u spezzjona l-kontenut. L-M1500SS Display tiegħek jiġi bil-
kejbils li ġejjin kif ukoll CD tat-touch software.

Table of Contents

Other manuals for 3M M1500SS

Related product manuals