EasyManua.ls Logo

Echo DCS-310

Echo DCS-310
370 pages
To Next Page IconTo Next Page
To Next Page IconTo Next Page
To Previous Page IconTo Previous Page
To Previous Page IconTo Previous Page
Loading...
2.3 SIGURTÀ PERSONALI
Oqgħod b’seba’ għajnejn, ara xi tkun qed tagħmel u
uża s-sens komun meta topera għodda tal-elettriku.
Tużax għodda tal-elettriku meta tkun għajjien jew
taħt l-influwenza ta’ drogi, alkoħol jew medikazzjoni.
Mument ta’ nuqqas t’attenzjoni waqt li tkun qed topera l-
għodda tal-elettriku jista’ jwassal għal korriment serju
personali.
Uża tagħmir personali protettiv. Dejjem ilbes
protezzjoni għall-għajnejn. Tagħmir protettiv bħal
maskra kontra t-trab, żraben tas-sigurtà li ma jiżolqux,
kappell sod li jipproteġi r-ras jew protezzjoni għas-smigħ
użati tajjeb inaqqsu l-korrimenti personali.
Evita startjar mhux intenzjonat. Kun ċert li l-iswiċċ
ikun fil-pożizzjoni li tfisser li hu mitfi qabel ma
tqabbad is-sors tal-enerġija u/jew il-pakkett tal-
batterija u meta tiġbor jew iġġorr l-għodda. Jekk
iġġorr l-għodda tal-elettriku b’subgħajk fuq l-iswiċċ jew
jekk tenerġizza għodda tal-elettriku li jkollhom l-iswiċċ
mixgħul tkun qed tistieden aċċidenti.
Neħħi kull għodda li taġġusta jew spaner qabel ma
tixgħel l-għodda tal-elettriku. Spaner jew għodda li
taġġusta li jitħallew imqabbdin ma’ parti li ddur tal-
għodda tal-elettriku jistgħu jikkawżaw korriment
personali.
Tippruvax tilħaq iżżejjed. Żomm appoġġ xieraq u
bilanċ f’kull ħin. Dan jippermetti kontroll aħjar tal-
għodda li taħdem bl-enerġija fsitwazzjonijiet mhux
mistennija.
Ilbes b’mod xieraq. Tilbisx ħwejjeġ laxki ħafna jew
ġojjellerija. Żomm xagħrek, l-ilbies u l-ingwanti lil
hinn minn partijiet li jiċċaqilqu. Ħwejjeġ laxki,
ġojjellerija jew xagħar twil jistgħu jinqabdu fil-partijiet li
jiċċaqilqu.
Jekk it-tagħmir huwa għall-konnessjoni tal-faċilitajiet
tal-estrazzjoni u tal-ġbir tat-trab, kun ċert li dawn
ikunu kkonnettjati u użati sew. L-użu ta’ sistemi tal-
ġbir tat-trab jista’ jnaqqas il-perikli marbuta mat-trab.
Tħallix il-familjarità miksuba mill-użu frekwenti ta’
għodda tagħmlek issir kompjaċenti u tinjora l-
prinċipji tas-sigurtà tal-għodda. Azzjoni traskurata
tista’ tikkawża korriment sever f’ħakka t’għajn.
2.4 UŻU U ĦSIEB TAL-GĦODDA TAL-
ELETTRIKU
Tisfurzax l-għodda tal-elettriku. Uża l-għodda tal-
elettriku adattata għall-applikazzjoni tiegħek. L-
għodda tal-elettriku adattata ser tagħmel il-kompitu aħjar
u iktar sigur bir-rata li kienet maħsuba għaliha.
Tużax l-għodda tal-elettriku jekk l-iswiċċ ma
jixgħelhiex u jitfihiex. Għodda tal-elettriku li ma tistax
tiġi kkontrollata bl-iswiċċ hi perikoluża u trid tissewwa.
Skonnettja l-plagg mis-sors tal-enerġija u/jew neħħi l-
pakkett tal-batterija, jekk jinqala’, mill-għodda tal-
elettriku qabel ma tagħmel aġġustamenti, tbiddel
aċċessorji jew taħżen l-għodda li taħdem bl-enerġija.
Miżuri preventivi tas-sigurtà bħal dawn inaqqsu r-riskju
li tixgħel l-għodda tal-elettriku aċċidentalment.
Aħżen l-għodda tal-elettriku li ma jkunux qed
jintużaw fejn ma jilħquhomx it-tfal u tħallix persuni li
ma jkunux familjari mal-għodda tal-elettriku jew ma’
dawn l-istruzzjonijiet joperaw l-għodda tal-elettriku.
Għodda tal-elettriku huma perikolużi f’idejn utenti mhux
imħarrġa.
Agħmel manutenzjoni ta’ għodda tal-elettriku u
aċċessorji. Iċċekkja għal nuqqas ta’ allinjament jew
irbit ta’ partijiet li jiċċaqilqu, ksur ta’ partijiet u kull
kundizzjoni oħra li tista’ taffettwa l-operazzjoni tal-
għodda tal-elettriku. Jekk ikun hemm ħsara, ħu l-
għodda tal-elettriku għat-tiswija qabel ma tużaha.
Ħafna aċċidenti jiġru għax l-għodda tal-elettriku ma
tkunx saritilha manutenzjoni tajba.
Żomm l-għodda tal-qtugħ fi stat li taqta’ sew u nadifa.
Għodda tal-qtugħ li ssirilhom manutenzjoni tajba bi
trufijiet ippuntati li jaqtgħu għandha inqas ċans li teħel u
hija iktar faċli li tikkontrollaha.
Uża l-għodda tal-elettriku, l-aċċessorji u l-partijiet
żgħar tal-għodda, eċċ. skont dawn l-istruzzjonijiet u
qis il-kundizzjonijiet ta’ ħidma u x-xogħol li għandu
jsir. L-użu ta’ għodda tal-elettriku għal operazzjonijiet
differenti minn dawk li huma maħsuba jista’ jikkawża
sitwazzjoni ta’ periklu.
Żomm il-mankijiet u wċuħ li jaqbdu xotti, nodfa u
ħielsa minn żejt u xaħam. Mankijiet li jiżolqu u wċuħ li
jaqbdu ma jħallux li jsir immaniġġjar b’mod sigur u
kontroll tal-għodda fsitwazzjonijiet mhux mistennija.
2.5 UŻU U KURA TAL-GĦODDA LI
TAĦDEM BIL-BATTERIJA
Erġa’ ċċarġja biss biċ-ċarġer speċifikat mill-
fabbrikant. Ċarġer li hu addattat għal tip wieħed ta’
pakkett tal-batterija jista’ jikkawża riskju ta’ nar meta
jintuża ma’ pakkett tal-batterija ieħor.
Uża l-għodda tal-elettriku biss ma’ pakketti tal-
batterija maħsuba speċifikament għaliha. L-użu ta’
kull pakkett tal-batterija ieħor jista’ joħloq riskju ta’
korriment u nar.
Meta pakkett tal-batterija ma jkunx qed jintuża,
żommu ’l bogħod minn oġġetti oħra tal-metall bħal
paper clips, muniti, ċwievet, imsiemer, viti jew oġġetti
oħra żgħar tal-metall li jistgħu jiġu f’konnessjoni
minn terminal wieħed għall-ieħor. L-ixxortjar flimkien
tat-terminals tal-batterija jista’ jikkawża ħruq jew nar.
Taħt dawn il-kundizzjonijiet abbużivi, jistgħu
jinbeżqu likwidi mill-batterija; għalhekk, evita l-
kuntatt. Jekk aċċidentalment isir kuntatt, laħlaħ bl-
ilma. Jekk il-likwidu jiġi f’kuntatt mal-għajnejn, fittex
ukoll parir mediku. Likwidu li jinbeżaq mill-batterija
jista’ jikkawża irritazzjoni jew ħruq.
Tużax pakkett tal-batterija jew għodda li tkun bil-
ħsara jew immodifikata. Batteriji bil-ħsara jew
immodifikati jistgħu juru mġiba imprevedibbli li twassal
għal nar, splużjoni jew riskju ta’ korriment.
322
Malti
MT

Table of Contents

Related product manuals