EasyManua.ls Logo

Echo DCS-310

Echo DCS-310
370 pages
To Next Page IconTo Next Page
To Next Page IconTo Next Page
To Previous Page IconTo Previous Page
To Previous Page IconTo Previous Page
Loading...
Żomm sod bis-swaba’ l-kbar u s-swaba’ l-oħra
jiċċirkondaw il-mankijiet tas-serrieq mekkaniku, biż-
żewġ idejn fuq is-serrieq u ġismek u d-driegħ
pożizzjonati tali li jippermettulek tirreżisti l-forzi tal-
kickback.
Il-forzi tal-kickback jistgħu jiġu kkontrollati mill-operatur
jekk jittieħdu prekawzjonijiet korretti. Titlaqx is-serrieq
mekkaniku.
Tesaġerax u taqtax ’il fuq mill-għoli tal-ispalla. Dan
jevita kuntatt mhux intenzjonat tal-ponta u jippermetti
kontroll aħjar tas-serrieq mekkaniku fsitwazzjonijiet
mhux mistennija.
Uża biss stanga tal-bdil u ktajjen speċifikati mill-
fabbrikant. Stanga tal-bdil u ktajjen mhux korretti
jistgħu jikkawżaw ksur tal-katina u/jew kickback.
Segwi l-istruzzjonijiet tat-temprar u tal-manutenzjoni
tal-fabbrikant għall-katina tas-serrieq. Tnaqqis tal-
għoli tal-gauge tal-fond jista’ jwassal għal żieda fil-
kickbacks.
5 SIMBOLI FUQ IL-PRODOTT
Xi wħud mis-simboli li ġejjin jistgħu jintużaw fuq dan il-
prodott. Jekk jogħġbok studjahom u tgħallem xi jfissru.
Interpretazzjoni xierqa ta’ dawn is-simboli ser tippermettilek
tħaddem il-prodott aħjar u b’mod aktar sikur.
Simbolu Spjegazzjoni
Kurrent dirett-Tip jew karatteristka ta’
kurrent.
Prekawzjonijiet li jinvolvu s-sikurezza
tiegħek.
Aqra u ifhem l-istruzzjonijiet kollha
qabel ma tħaddem il-prodott, u segwi
t-twissijiet u l-istruzzjonijiet ta’ sikur-
ezza kollha.
Ilbes protezzjoni għall-għajnejn u
għall-widnejn u kappell sod li jippro-
teġi r-ras jekk hemm xi riskju li jaq-
għu oġġetti.
Uża protezzjoni addattata għas-sieq-ri-
ġel u l-id-driegħ.
Tesponix il-prodott għax-xita jew kun-
dizzjonijiet umdi.
Żomm b’idejk it-tnejn.
PERIKLU! Oqgħod attent minn kick-
backs.
Simbolu Spjegazzjoni
Neħħi l-pakkett tal-batterija qabel
tagħmel xi xogħol ta’ manutenzjoni.
6 LIVELLI TA’ RISKJU
Il-kliem tas-sinjali u t-tifsiriet li ġejjin huma maħsuba biex
jispjegaw il-livelli ta’ riskju marbut mal-prodott.
SIMBO-
LU
SINJAL TIFSIRA
PERIKLU Jindika sitwazzjoni imminenti
perikoluża, li jekk ma tkunx
evitata, ser tirriżulta f’mewt
jew ġrieħi serji.
TWISSIJA Jindika sitwazzjoni potenzjal-
ment perikoluża, li jekk ma
tkunx evitata, ser tirriżulta
f’mewt jew ġrieħi serji.
IMPORTANTI Jindika sitwazzjoni potenzjal-
ment perikoluża, li, jekk ma
tkunx evitata, ser tirriżulta fi
ġrieħi minuri jew moderati.
NOTA Magħduda biex jingħata aktar
tagħrif.
7 IRRIĊIKLA
Ġbir separat. M’għandekx tarmi mal-iskart
domestiku tas-soltu. Jekk meħtieġ biex tib-
del il-magna, jew jekk għad ma baqgħalekx
aktar użu għaliha, m’għandekx tarmiha mal-
iskart domestiku.
Ġbir separat tal-magna użata u l-ippakkjar
jippermettilek tirriċikla materjali u tużhom
darb’ oħra. L-użu tal-materjali riċiklati jgħin
jipprevjeni t-tniġġis ambjentali u jnaqqas il-
ħtieġa ta’ materja prima.
Baterije
Fi tmiem il-ħajja utli tagħhom, armi l-batter-
iji bi prekawzjoni għall-ambjent tagħna. Il-
batterija fiha materjal li hu perikoluż għalik
u għall-ambjent. Għandek tneħħi u tarmi
dawn il-materjali separatament f’post li jaċ-
ċetta batteriji tal-litju-jon.
8 INSTALLAZZJONI
TWISSIJA
Tbiddilx u tużax aċċessorji li ma jkunux irrakkomandati
mill-fabbrikant.
324
Malti
MT

Table of Contents

Related product manuals