EasyManua.ls Logo

Echo DCS-310

Echo DCS-310
370 pages
To Next Page IconTo Next Page
To Next Page IconTo Next Page
To Previous Page IconTo Previous Page
To Previous Page IconTo Previous Page
Loading...
10.4 KIF TAGĦMEL BUCK TA’ ZOKK
MAQTUGĦ
Stampa 14.
KAWTELA
Oqgħod fuq in-naħa tat-telgħa tal-izkuk.
Bucking tfisser li tisserra zokk jew siġra li tkun waqgħet
f’biċċiet iżgħar. Hemm xi regoli bażiċi li japplikaw għall-
operazzjonijiet kollha ta’ bucking.
Żomm idejk it-tnejn fuq il-mankijiet il-ħin kollu.
Appoġġja z-zkuk maqtugħin jekk hu possibbli.
Meta taqta’ fuq xi telgħa jew niżla, dejjem oqgħod ’il fuq.
NOTA
Toqgħodx bilwieqfa fuq zokk maqtugħ.
10.5 TENSJONI U KOMPRESSJONI
F’INJAM IPPREPARAT.
Stampa 15-17.
KAWTELA
Jekk ma kkalkolajtx sew l-effetti tat-tensjoni u
kompressjoni u qtajt min-naħa l-ħażina, l-injam ser joqros l-
istanga gwida u l-katina u jaqbadhom. Jekk il-katina tinzerta
ġġammjata u s-serrieq ma jistax jitneħħa mill-qatgħa,
tisfurzax biex toħroġha. Waqqaf is-serrieq u sforza feles fil-
qatgħa biex tiftaħ. Qatt tisforza s-serrieq meta jkun
iġġammjat. Tisfurzax is-serrieq fil-qatgħa. Katina li ilha ma
tkun issinnata hi perikoluża u ser toħloq strapazz eċċessiv
lill-aċċessorji li jaqtgħu. Mod tajjeb biex tkun taf meta
katina tkun spiċċat hu meta joħroġ trab irqiq fin minflok
ċipep.
Tul ta’ injam ippreparat mitluq fl-art ikun suġġett għal
tensjoni u kompressjoni skont fejn ikun l-appoġġ prinċipali.
Meta l-injam ippreparat ikun appoġġjat mit-trufijiet
tiegħu, in-naħa tal-kompressjoni tkun fil-quċċata u n-naħa
tat-tensjoni tkun fil-qiegħ.
Biex taqta’ dawn il-punti t’appoġġ, l-ewwel aqta’ ’l isfel
bejn wieħed u ieħor 1/3 tad-dijametru tal-injam
ippreparat.
It-tieni qatgħa ssir ’il fuq u trid tmiss l-ewwel qatgħa.
Stress kbir
Meta l-injam ippreparat ikun appoġġjat f’tarf wieħed biss,
agħmel l-ewwel qatgħa ’l fuq bejn wieħed u ieħor 1/3 tad-
dijametru tal-injam ippreparat.
It-tieni qatgħa ssir ’l isfel u trid tmiss l-ewwel qatgħa.
Underbuck
Agħmel qatgħa angolata għax taqsima tista’ tispiċċa
kontra l-oħra.
11 MANUTENZJONI
TWISSIJA
Tħallix il-fluwids tal-brejkijiet, il-petrol, u l-materjali
bbażati fuq iż-żejt imissu l-partijiet tal-plastik. Sustanzi
kimiċi jistgħu jikkaġunaw ħsara lill-plastik u mbagħad il-
plastik ma jkunx iktar tajjeb biex jintuża.
TWISSIJA
Tużax solventi jew deterġenti qawwija fuq il-qafas jew
komponenti tal-plastik. Solventi jew deterġenti qawwija
jistgħu jikkaġunaw ħsara lill-qafas jew il-komponenti tal-
plastik.
TWISSIJA
Neħħi l-pakkett tal-batterija mill-magna qabel il-
manutenzjoni.
11.1 AĠĠUSTA T-TENSJONI TAL-
KATINA
Stampa 2-7.
Iktar ma tintuża l-katina, iktar titwal. Allura hu tassew
importanti li taġġusta l-katina b’mod regolari biex tneħħi l-
laxk.
Iġbed il-katina biex tissikka kemm jista’ jkun imma ma tridx
tkun daqshekk issikkata li ma tkunx tista’ tiġbidha liberament
bl-id.
TWISSIJA
Katina laxka tista’ ttir u tikkawża korriment serju li jista’
jkun anki fatali.
KAWTELA
Ilbes ingwanti protettivi jekk tmiss il-katina, stanga jew
erjas madwar il-katina.
1. Waqqaf il-magna.
2. Ħoll l-iskorfini tal-għatu tal-isprokit bi spanner.
NOTA
M’hemmx bżonn tneħħi l-għatu tal-isprokit biex taġġusta t-
tensjoni tal-katina.
3. Dawwar l-aġġustatur tat-tensjoni tal-katina favur l-arloġġ
biex iżżid it-tensjoni tal-katina.
4. Dawwar l-aġġustatur tat-tensjoni tal-katina kontra l-
arloġġ biex tnaqqas it-tensjoni tal-katina.
5. Meta l-katina tkun fit-tensjoni mixtieqa, isssikka l-
iskorfini tal-għatu tal-isprokit.
6. Poġġi l-katina fin-nofs tal-istanga gwida fil-qiegħ ’il
bogħod mill-istanga. Il-vojt bejn il-gwida tal-katina u l-
istanga gwida għandu jkun bejn 3 mm u 4 mm.
328
Malti
MT

Table of Contents

Related product manuals