EasyManua.ls Logo

Echo DCS-310 - MT Evita Kickback Tal-Operatur; Servis; Twissijiet Tas-Sigurtà Tas-Serrieq Mekkaniku

Echo DCS-310
370 pages
Print Icon
To Next Page IconTo Next Page
To Next Page IconTo Next Page
To Previous Page IconTo Previous Page
To Previous Page IconTo Previous Page
Loading...
Tesponix il-pakkett tal-batterija jew l-għodda għan-
nar jew għal temperaturi eċċessivi. L-esponiment għan-
nar jew temperaturi ’l fuq minn 130°C jista’ jikkawża
splużjoni.
Segwi l-istruzzjonijiet kollha tal-iċċarġjar u tiċċarġjax
il-pakkett tal-batterija jew l-għodda barra mill-firxa
ta’ temperatura speċifikata fl-istruzzjonijiet. Iċċarġjar
mhux korrett jew ftemperaturi barra mill-firxa
speċifikata jistgħu jagħmlu ħsara lill-batterija u jżidu r-
riskju ta’ nar.
2.6 SERVIS
Ara li l-għodda li taħdem bl-enerġija tiġi sservisjata
minn persuna li ssewwi kkwalifikata u li tuża biss
partijiet tal-bdil identiċi. Dan jiżgura li s-sikurezza tal-
għodda li taħdem bl-enerġija tibqa’ mantenuta.
Qatt tagħmel service lil pakketti tal-batterija bil-
ħsara. Service ta’ pakketti tal-batterija għandu jsir biss
mill-manifattur jew minn fornituri tas-servisjar
awtorizzati.
3 TWISSIJIET TAS-SIGURTÀ
TAS-SERRIEQ MEKKANIKU
Żomm il-partijiet kollha tal-ġisem ’il bogħod mill-
katina tas-serrieq meta s-serrieq mekkaniku jkun qed
jitħaddem. Qabel ma tibda tħaddem is-serrieq
mekkaniku, kun żgur li l-katina tas-serrieq ma jkollha
kuntatt ma’ xejn. Nuqqas t’attenzjoni għal mument
wieħed biss waqt li tħaddem xi serrieq mekkaniku jista’
jikkawża li l-ilbies jew ġismek jitħabblu mal-katina tas-
serrieq.
Dejjem żomm is-serrieq mekkaniku b’idek il-leminija
fuq il-manku ta’ wara u b’idek ix-xellugija fuq il-
manku ta’ quddiem. Jekk iżżomm is-serrieq mekkaniku
b’konfigurazzjoni opposta tal-idejn, ikun hemm iktar
riskju ta’ korriment personali u qatt m’għandu jsir hekk.
Żomm is-serrieq mekkaniku minn uċuħ tal-qabda
iżolati biss għax il-katina tas-serrieq tista’ tiġi
f’kuntatt ma’ wajers moħbija. Ktajjen tas-serrieq li
għandhom wajer ‘live’ jistgħu jikkaġunaw li l-partijiet
esposti tal-metall tas-serrieq mekkaniku jsiru ‘live’ u
jistgħu jagħtu xokk elettriku lill-operatur.
Ilbes protezzjoni għall-għajnejn. Hu rakkomandat li
tilbes tagħmir protettiv addizzjonali għas-smigħ, ras,
idejn, saqajn u riġlejn. Tagħmir protettiv adegwat
inaqqas korriment personali minn tifrik li jtir jew kuntatt
aċċidentali mal-katina tas-serrieq.
Tħaddimx is-serrieq mekkaniku ġo siġra, minn fuq xi
sellum, minn fuq bejt jew minn xi appoġġ mhux
stabbli. Jekk tħaddem serrieq mekkaniku b’din il-
manjiera, jista’ jkun hemm xi korriment personali serju.
Dejjem qis li saqajk ikunu fis-sod u uża s-serrieq
mekkaniku biss meta tkun fuq wiċċ livell, fiss u sigur.
Uċuħ li jiżolqu jew mhux stabbli jistgħu jikkawżaw telf ta’
bilanċ jew tal-kontroll tal-katina tas-serrieq.
Meta tqaċċat xi fergħa li tkun taħt tensjoni, oqgħod
attent għal xi spring back. Meta t-tensjoni fil-fibri tal-
injam tkun rilassata, l-ispring ta’ ġol-fergħa tista’ tolqot
lill-operatur u/jew twassal biex is-serrieq mekkaniku jitlef
il-kontroll.
Oqgħod attent immens meta taqta’ pjanti u sġajriet.
Il-materjal irqiq u żgħir jista’ jaqbad il-katina tas-serrieq
u jittajjar lejk jew itelliflek il-bilanċ.
Ġorr is-serrieq mekkaniku mill-manku ta’ quddiem
bis-serrieq mekkaniku mitfi u ’l bogħod minn ġismek.
Meta tkun qed iġġorr jew taħżen is-serrieq
mekkaniku, dejjem iffittja l-għatu tal-istanga gwida.
It-tqandil kif suppost tas-serrieq mekkaniku ser inaqqas
iċ-ċans ta’ kuntatt aċċidentali mal-katina tas-serrieq li
tkun qed tiċċaqlaq.
Segwi l-istruzzjonijiet tal-lubrikazzjoni, tat-tensjoni
tal-katina u tat-tibdil tal-istanga u tal-katina. Katina li
ma tkunx b’tensjoni tajba jew bla lubrikazzjoni jew tikser
jew iżżid iċ-ċans għal kickback.
Aqta’ biss l-injam. Tużax is-serrieq mekkaniku għal
skopijiet mhux maħsuba. Pereżempju, tużax serrieq
mekkaniku biex taqta’ metall, plastiks, ġebel jew
kwalunkwe materjal tal-bini li ma jkunx tal-injam. L-
użu ta’ serrieq mekkaniku għal operazzjonijiet differenti
minn dawk li huma maħsuba jista’ jikkawża sitwazzjoni
ta’ periklu.
Tippruvax taqta’ siġra sakemm tkun fhimt sew ir-
riskji u kif tevitahom. Tista’ tikkaġuna korriment serju
lill-operatur jew lin-nies preżenti meta taqta’ siġra.
Segwi l-istruzzjonijiet kollha meta tneħħi materjal li
jkun weħel, meta taħżen jew meta tagħmel servis lis-
serrieq mekkaniku Kun żgur li l-iswiċċ ikun mitfi u li
l-pakkett tal-batterija jkun imneħħi. Attwazzjoni mhux
mistennija tas-serrieq mekkaniku waqt li tneħħi materjal
li jkun weħel jew waqt li tagħmel servis tista' twassal għal
korriment personali serju.
4 EVITA KICKBACK TAL-
OPERATUR
Jista’ jkun hemm kickback meta l-imnieħer jew il-ponta tal-
istanga gwida tmiss xi oġġett jew meta l-injama tagħlaq u
toqros il-katina tas-serrieq fil-qatgħa.
Kuntatt mal-ponta f’ċerti każijiet jista’ jikkaġuna reazzjoni
opposta f’daqqa billi jimbotta l-istanga gwida ’l fuq u lura
lejn l-operatur.
Meta toqros il-katina tas-serrieq fil-quċċata tal-istanga gwida
tista’ malajr timbotta l-istanga gwida lejn l-operatur.
Kull waħda minn dawn ir-reazzjonijiet tista’ tikkawżak li
titlef il-kontroll tas-serrieq u dan jista’ jwassal għal korriment
serju personali. Tistrieħx esklużivament fuq it-tagħmir ta’
sigurtà inkorporat ġos-serrieq. Bħala utent ta’ serrieq
mekkaniku, hemm bosta passi li għandek tieħu biex iżżomm
il-kompiti ta’ qtugħ tiegħek mingħajr inċident jew korriment.
Kickback hu r-riżultat ta’ użu ħażin tal-għodda u/jew
proċeduri jew kundizzjonijiet t’operazzjoni mhux korretti u
dawn jistgħu jkunu evitati billi tieħu l-prekawzjonijiet li
ġejjin.
323
Malti
MT

Table of Contents

Related product manuals