EasyManua.ls Logo

Echo DCS-310

Echo DCS-310
370 pages
To Next Page IconTo Next Page
To Next Page IconTo Next Page
To Previous Page IconTo Previous Page
To Previous Page IconTo Previous Page
Loading...
10 ISTRUZZJONIJIET TAL-
QTUGĦ
PERIKLU
Ara li l-imnieħer jew il-ponta tal-istanga gwida ma jmissu
ma’ xejn sakemm l-apparat ikun qed jaħdem biex tevita
kickback.
10.1 ĠENERALI
Stampa 8-9.
L-operazzjoni tas-serrieq mekkaniku hi dejjem kompitu ta’
persuna waħda.
Xi kultant diffiċli tieħu ħsieb is-sigurtà tiegħek u għalhekk
tassumix responsabbiltà għal xi assistent ukoll.
Wara li tkun tgħallimt it-tekniċi bażiċi ta’ kif tuża s-serrieq, l-
aħjar għajnuna għalik ikun is-sens komuni tajjeb tiegħek
stess.
Il-mod aċċettat ta’ kif iżżomm is-serrieq hu li toqgħod fuq in-
naħa tax-xellug tas-serrieq b’idek ix-xellugija fuq il-manku
ta’ quddiem ħalli tkun tista’ tħaddem l-iswiċċ tal-grillu bis-
saba’ indiċi tal-lemin.
Qabel ma tipprova taqta’ siġra, aqta’ xi ftit zkuk jew friegħi
ta’ siġar maqtugħin. Kun familjari sew mal-kontrolli u r-
risposti tas-serrieq.
Ixgħel l-apparat u ara li jkun qed jaħdem tajjeb.
M’hemmx bżonn tagħfas bil-qawwi biex is-serrieq jaqta’.
Jekk il-katina tkun imsinna tajjeb, il-qtugħ għandu jkun
relativament mingħajr sforz.
Xi materjal jista’ jaffettwa b’mod avvers il-qafas tas-serrieq
mekkaniku (pereżempju aċidu tas-siġra tal-palma, fertilizzant,
eċċ.)
Biex tevita deterjorament tal-qafas, neħħi bil-mod it-trab
kollu ppakkjat tas-serrieq minn madwar l-isprokit u l-erja tal-
istanga gwida u aħsel bl-ilma.
10.2 QTUGĦ TA’ SIĠRA
Stampa 10-12.
Siġra li tkun ser taqa’ tista’ tikkawża ħsara serja lil kull ma
tolqot - karozza, dar, ċint, linja tal-enerġija jew siġra oħra.
Hemm modi kif twaqqa’ siġra fejn tridha u allura iddeċiedi
fejn għandha taqa’ l-ewwel! Qabel ma taqta’ naddaf l-erja
madwar is-siġra. Ser ikollok bżonn pożizzjoni soda waqt li
taħdem u għandek tkun tista’ topera s-serrieq mingħajr ma
tolqot ebda ostaklu.
1. Imbagħad agħżel direzzjoni ta’ rtirar.
Meta s-siġra tibda taqa’ għandek tersaq lura ’l bogħod
mid-direzzjoni tal-waqgħa f’angolu ta’ 45 gradi u tal-
inqas 3 m miz-zokk tas-siġra ħalli tevita li z-zokk
jolqtok minn fuq il-biċċa spuntata li waqgħet.
2. Ibda mill-qatgħa fuq in-naħa fejn tkun waqgħet is-
siġra.
a) Talja: 1/3 ta’ dijametru u angolu minn 30˚ sa 45˚
b) Qatgħa ta’ wara: 2.5 sa 5 cm iktar għolja
c) Injama ta’ ċappetta mhux maqtugħa: 1/10 tad-
dijametru
Aqta’ talja bejn wieħed u ieħor 1/3 tat-triq ġos-siġra.
Il-pożizzjoni ta’ din it-talja hi importanti għax is-siġra
tipprova taqa’ “ġewwa” t-talja.
Il-qtugħ tat-twaqqigħ isir fuq in-naħa opposta tat-
talja. Agħmel il-qtugħ tat-twaqqigħ billi tpoġġi l-
bamper bil-ponot tal-metall 2.5 cm sa 5 cm ’il fuq
mill-qiegħ tat-talja u ieqaf aqta’ bejn wieħed u ieħor
1/10 dijametru tat-tarf ta’ ġewwa tat-talja sabiex tħalli
l-porzjon mhux maqtugħ tal-injama bħala ċappetta.
Tippruvax taqta’ sat-talja bil-qtugħ tat-twaqqigħ. L-
injam li jibqa’ bejn it-talja maqtugħa u l-qtugħ tat-
twaqqigħ ser jaġixxi bħala ċappetta meta taqa’ s-siġra
u jmexxiha fid-direzzjoni mixtieqa.
Meta s-siġra tibda taqa’, waqqaf l-apparat, poġġi s-
serrieq fuq l-art u irtira kemm jista’ jkun malajr.
3. Qtugħ ta’ siġra kbira.
Biex taqta’ siġra kbira.b’dijametru li jkun iktar mid-
doppju tat-tul tal-istanga, ibda l-qtugħ tat-talja minn
naħa waħda u iġbed is-serrieq għan-naħa l-oħra tat-
talja.
Ibda l-qatgħa ta’ wara min naħa waħda tas-siġra bil-
bamper bil-ponot tal-metall ingaġġat u dawwar is-
serrieq biex jifforma t-talja mixtieqa fuq dik in-naħa.
Imbagħad neħħi s-serrieq għat-tieni qatgħa.
Daħħal is-serrieq fl-ewwel qatgħa bir-reqqa kollha
biex ma tikkaġunax kickback.
Il-qatgħa finali ssir billi tmexxi s-serrieq ’il quddiem
fil-qatgħa ħalli jilħaq ċ-ċappetta.
10.3 KIF TAQTA’ L-FRIEGĦI TA
SIĠRA.
Stampa 13.
KAWTELA
Tisserrax ’il fuq mill-għoli tas-sider.
Biex taqta’ l-friegħi ta’ siġra li tkun waqgħet trid tagħmel
kważi l-istess bħallikieku qed tagħmel bucking.
Qatt tneħħi fergħa minn siġra meta tkun qed iżżomm il-piż
tiegħek.
Oqgħod attent mill-ponta meta tmiss friegħi oħra.
Dejjem uża jdejk it-tnejn.
Taqtax bis-serrieq fuq nett jew bl-istanga f’pożizzjoni
vertikali.
Jekk is-serrieq ikollu kickback, jista’ jkun li ma jkollokx
kontroll biżżejjed tajjeb biex tevita korriment.
Kun af kif il-fergħa tkun stressjata
Jekk għandek friegħi ħoxnin, ibda minn barra għal
ġewwa biex tevita li l-istanga u l-katina jeħlu.
327
Malti
MT

Table of Contents

Related product manuals