EasyManua.ls Logo

Echo DCS-310 - Brejk Tal-Katina Mhux Manwali; Eżamina L-Lubrikazzjoni Tal-Katina; Ixgħel Il-Magna; Tħaddim

Echo DCS-310
370 pages
Print Icon
To Next Page IconTo Next Page
To Next Page IconTo Next Page
To Previous Page IconTo Previous Page
To Previous Page IconTo Previous Page
Loading...
2. Neħħi l-battery pack minn mal-magna.
9 TĦADDIM
NOTA
Neħħi l-pakkett tal-batterija u qis li l-idejn jkunu ’l bogħod
mill-buttuna tal-imblokk meta ċċaqlaq il-magna.
TWISSIJA
Eżamina t-tensjoni tal-katina kull darba qabel ma tuża.
Eżamina li l-iskorfini tal-għatu tal-isprokit jkunu ssikkati
kull darba qabel ma tuża. Ħafna aċċidenti jiġru għax l-
għodda tal-elettriku ma tkunx saritilha manutenzjoni tajba.
9.1 EŻAMINA L-LUBRIKAZZJONI
TAL-KATINA.
NOTA
Tużax il-magna mingħajr lubrikazzjoni tal-katina
suffiċjenti.
Stampa 1.
1. Eżamina l-livell tal-lubrikant tal-magna mill-indikatur
taż-żejt.
2. Żid iktar lubrikant jekk ikun hemm bżonn.
9.2 ŻOMM IL-MAGNA.
Stampa 8.
1. Żomm is-serrieq mekkaniku b’id waħda mill-manku ta’
wara u bl-id l-oħra mill-manku ta’ quddiem. Dejjem uża
ż-żewġ idejn meta topera l-magna.
2. Żomm il-mankijiet bis-swaba’ l-kbar u s-swaba’
madwarhom.
3. Kun żgur li s-saba’ l-kbir tal-id li jkun qed iżomm il-
manku ta’ quddiem ikun taħt il-manku.
9.3 IXGĦEL IL-MAGNA
Stampa 1.
1. Iġbed il-protezzjonijiet tal-id ta’ quddiem/il-brejk tal-
katina lejn il-manku ta’ quddiem biex tħoll il-brejk tal-
katina.
2. Agħfas l-imblokk tal-iswiċċ tal-grillu.
3. Agħfas l-iswiċċ tal-grillu waqt li żżomm l-imblokk tal-
iswiċċ tal-grillu.
4. Erħi l-iswiċċ tal-grillu.
IMPORTANTI
Il-brejk tal-katina irid ikun maħlul biex il-katina tas-serrieq
tibda taħdem. Attiva l-brejk billi tmexxi l-gwardja tal-idejn
ta’ quddiem.
9.4 WAQQAF IL-MAGNA
Stampa 1.
1. Itlaq l-iswiċċ tal-grillu biex twaqqaf il-magna.
9.5 ĦADDEM IL-BREJK TAL-KATINA.
TWISSIJA
Kun żgur li jdejk ikunu fuq il-mankijiet il-ħin kollu.
Stampa 23.
1. Ixgħel il-magna.
2. Dawwar idek ix-xellugija mal-manku ta’ quddiem biex
tħaddem il-brejk tal-katina.
3. Iġbed il-protezzjonijiet tal-id ta’ quddiem/il-brejk tal-
katina lejn il-manku ta’ quddiem biex tħoll il-brejk tal-
katina.
4. Ċempel lill-aġent awtorizzat tiegħek qabel ma tużah jekk
Il-brejk tal-katina ma jwaqqafx il-katina fil-pront.
Il-brejk tal-katina ma jibqax fil-pożizzjoni ta’
diżingaġġ mingħajr għajnuna.
9.6 BREJK TAL-KATINA MHUX
MANWALI
Stampa 24.
IMPORTANTI
Meta tkun qed tivverifika l-operazzjoni tal-brejk tal-katina
mhux manwali, uża sustanza ratba għal wiċċ bħal injam
biex tipprovdi l-impatt ħalli l-katina tas-serrieq ma jkollhiex
ħsara.
1. It-tarf tal-istanga gwida jista’ jitpoġġa f’għoli ta’ madwar
70 cm.
2. Il-manku ta’ wara irid ikun maqbud sew bl-id tal-lemin.
Il-brejk tal-katina mhux manwali jwaqqaf l-operazzjoni tal-
katina tas-serrieq b’mod li l-azzjoni ta’ rilass li jkun hemm
fit-tmiem tal-istanga gwida mhux manwali tattiva l-brejk tal-
katina. Biex tkun żgur li l-brejk tal-katina mhux manwali
jaħdem tajjeb, ipproċedi kif ġej:
1. Waqqaf il-magna.
2. Ħaddem il-manku ta’ quddiem u ta’ wara bl-idejn
(żommhom tajjeb) ħalli l-istanga gwida tkun tista’
titpoġġa f’għoli ta’ madwar 70 cm kif jidher fl-istampa
3. Aqla’ l-id tax-xellug mill-manku ta’ quddiem u miss it-
tarf tal-istanga gwida mal-injama jew ma’ xi ħaġa simili
poġġuta taħt ħalli l-magna tirċievi l-impatt. (*f’dan il-
waqt, il-manku ta’ wara għandu jinżamm ħafif bl-id il-
leminija)
4. L-impatt ikun trasferit għal-liver tal-brejk li jistimula l-
brejk tal-katina.
326
Malti
MT

Table of Contents

Related product manuals