EasyManua.ls Logo

Rosemount Oxymitter 5000 - Page 156

Rosemount Oxymitter 5000
214 pages
Print Icon
To Next Page IconTo Next Page
To Next Page IconTo Next Page
To Previous Page IconTo Previous Page
To Previous Page IconTo Previous Page
Loading...
Hazardous Area Oxymitter 5000
A-16
Instruction Manual
IM-106-350C, Rev 2.2
July 2008
1. Konnessjonijiet adegwati ta' l-ert għandhom isiru għall-punti kollha ta'
l-ert, interni u esterni, fejn ikun ipprovdut.
2. Wara l-installazzjoni jew meta tipprova ssolvi xi problema, l-għatjien
kollha tas-sigurtà u l-erts tas-sigurtà għandhom jitpoġġew lura f'posthom.
L-integrità tat-terminali kollha ta' l-ert għandha tinżamm f'kull ħin.
3. Il-wajers tal-provvista tad-dawl għandhom ikunu konformi ml-ħtiġijiet ta'
IEC227 jew IEC245.
4. Il-wiring kollu għandu jkun adattat għall-użu f'temperatura ta' l-ambjent ta'
iktar minn 75°C.
5. Il-glands tal-kejbils kollha li jintużw iridu jkunu ta' daqs intern tali li
jipprovdu ankoraġġ adegwat lill-kejbil.
6. Biex tiżgura t-tħaddim sigur ta' dan it-tagħmir, il-konnessjoni mal-provvista
tad-dawl għandha ssir biss permezz ta' circuit breaker li jiskonnetta
l-kondutturi kollha li jkunu jġorru ċ-ċirkuwiti f'sitwazzjoni meta jkun hemm
il-ħsara. Is-circuit breaker jista wkoll jinkludi swiċċ li jiżola li jaħdem b'mod
mekkaniku. Jekk dan ma jkunx il-każ, mezz ieħor ta' kif it-tagħmir jiġi
skonnettjat minn mal-provvista tad-dawl għandu jkun ipprovdut, u jkun
immrkat b'mod ċar li hu hekk. Is-circuit breakers jew swiċċijiet iridu jkunu
konformi ma' standard rikonoxxut bħal IEC947. Il-wiring kollu jrid ikun
konformi ma' l-istandards lokali, jekk ikun hemm.
7. Meta t-tagħmir jew l-għatjien ikunu mmarkati bis-simbolu fuq il-lemin,
x'aktarx li jkun hemm vultaġġi perikolużi taħthom. Dawn l-għatjien
għandhom jitneħħew biss meta titneħħa l-provvista tad-dawl
mit-tagħmir - u minn ħaddiema tal-manutenzjoni mħarrġa biss.
8. Meta t-tagħmir jew l-għatjien ikunu mmarkati bis-simbolu fuq il-lemin,
ikun hemm periklu mill-uċuħ jaħarqu li jkun hemm taħthom. Dawn
l-għatjien għandhom jitneħħew biss minn ħaddiema tal-manutenzjoni
mħarrġa meta titneħħa l-provvista tad-dawl mit-tagħmir. Ċerti wċuħ
jistgħu jibqgħu jaħarqu meta tmisshom.
9. Meta t-tagħmir jew l-għatjien ikunu mmarkati bis-simbolu fuq il-lemin,
irreferi għall-Manwal ta' l-Operatur għall-istruzzjonijiet.
10. Is-simboli grafiċi kollha użati f'dan il-prodott huma minn wieħed jew
iktar mill-istandards li ġejjin: EN61010-1, IEC417, u ISO3864.
11. Fejn it-tagħmir u t-tikketti huma mmarkati bil-kliem “Tiftaħx Meta
Jkun Enerġizzat” jew kliem simili, hemm periklu ta' nar f'żoni fejn
atmosfera esplossiva hi preżenti. It-tagħmir għandu jinfetaħ biss meta
l-provvista tad-dawl tkun mitfija u jkun għadda ħin biżżejjed, kif speċifikat
fuq it-tikketta jew fil-manwal ta' l-istruzzjonijiet, biex it-tagħmir ikun kesaħ
– u t-tagħmir għandu jinfetaħ biss minn staff li jkun imħarreġ.
L-istruzzjonijiet tas-sigurtà japplikaw speċifikament għall-Istati Membri ta'
l-UE. Dawn għandhom jiġu osservati b'mod strett biex tkun żgurata l-
konformità mad-Direttiva dwar il-Vultaġġ Baxx. Stati li mhumiex membri ta'
l-UE għandhom ukoll ikunu konformi ma' dan li ġej ħlief jekk dawn ikunu
sostituti mill-Istandards lokali jew Nazzjonali.
STRUZZJONIJIET TAS-SIGURTÀ GĦALL-WIRING U
L-INSTALLAZZJONI TAT-TAGĦMIR
IMPORTANTI

Table of Contents

Rosemount Oxymitter 5000 - Page 156